Barranin
Trump lest jerġa’ jattakka jekk jitwettaq attakk kimiku ieħor

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump wissa lill-Gvern Sirjan li l-Istati Uniti jinsabu lesti sabiex jerġgħu jattakkaw jekk jerġa’ jwettaq attakk b’armi kimiċi.

It-twissija saret wara li l-Istati Uniti, ir-Renju Unit u Franza wettqu attakk li fil-mira tiegħu kien hemm tliet siti Sirjani b’ritaljazzjoni għall-allegat attakk kimiku fil-belt ta’ Douma ġimgħa ilu.

Is-Sirja tiċħad li użat armi kimiċi u tgħid li l-attakk kien iffabbrikat mir-ribelli.

Sadattant ġie miċħud vot fil-kunsill tas-sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li ssejjaħ b’urġenza mill-alleat tas-Sirja, ir-Russja biex jikkundanna l-attakki mmexxija mill-Istati Uniti.

L-attakki kienu l-aktar pass sinjifikanti kontra l-Gvern tal-President Sirjan Bashar al-Assad mill-qawwiet tal-Punent fil-gwerra ċivili tas-Sirja li issa ilha għaddejja seba’ snin.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ġenn u paniku ħakem lil kull min jinsab f’Mont San Michel dalogħdu waqt operazzjoni ta’ evakwazzjoni. It-turisti kollha ġew evakwati filwaqt li r-residenti ġew mitluba jibqgħu ġewwa hekk kif raġel…

Barranin

17-il persuna mietu wara li żewġ dgħajjes li nqelbu fi Xmara fil-belt ta’ Guilin, fiċ-Ċina, li tinsab fin-nofsinhar tar-reġjun ta’ Guangxi Zhuang. L-inċident seħħ waqt sessjoni ta’ taħriġ. Fuq iż-żewġ…

Barranin

Mijiet ta’ persuni nġabru fil-belt ta’ Chicago jipprotestaw u jikkundannaw l-attakk li sar mill-Istati Uniti, fuq faċilitajiet fis-Sirja fejn jinħadmu l-armi kimiċi fuq suspett li s-Sirja użathom fil-belt ta’ Douma….

Barranin

L-attur Verne Troyer, li huwa magħruf l-aktar għall-parti li interpreta ta’ Mini-Me fis-serje ta’ Austin Powers, miet fl-età ta’ 49. Troyer li kien fih biss 81cm, ħadem ukoll fil-filma ta’…

Aktar