Trump ma bediex gwerer f’pajjiżi oħra iżda fetaħ fronti ta’ gwerer f’pajjiżu – Prof. Pace

Il-Professur Roderick Pace mill-Istitut tal-Istudji Ewropej fl-Università ta’ Malta qal li l-moviment li qajjem Donald Trump irid iż-żmien biex jisparixxi mix-xena politika, u jħoll u jorbot is-sens ta’ għaqda li tkellem fuqu Joe Biden illum fiċ-ċerimonja tal-ħatra.

Meta kien qed jiġi intervistat waqt il-bulettin tal-aħbarijiet ta’ TVM illejla, il-Prof. Pace kellu kliem iebes għall-aġir ta’ Trump, u qal li minkejja li dan ma bediex gwerer f’pajjiżi oħra, spiċċa fetaħ ħafna fronti ta’ gwerer f’pajjiżu stess, fosthom ir-razziżmu u l-mod kif qed iħeġġeġ ċertu estremiżmu.

Irrefera wkoll għal gideb kontinwu ta’ Trump, u qal li f’kull diskors tiegħu dan kien qed jagħmel gidbiet ħoxnin, li wasslu biex jimmobilizza l-poplu fid-direzzjoni l-ħażina.

Ara wkoll:

ARA: L-ewwel diskors ta’ Joe Biden bħala President tal-Istati Uniti