Barranin
Trump qed jiffaċċja żewġ akkużi serji fis-Senat

Il-President Amerikan, Donald Trump, waqt li jinsab f’Davos l-Iżvizzera għall-Forom Ekonomiku Dinji, qed jiffaċċja żewġ akkużi serji fis-Senat, fil-kapitali Amerikana Washington, li għandu jiddetermina jekk Trump jitneħħiex minn President. Hu jinsab akkużat li abbuża mill-poteri biex jikseb vantaġġ fuq rival politiku tiegħu u li għamel l-bsaten fir-roti lill-kungress biex ifixkel l-investigazzjoni kontrih meta ma ħalliex uffiċjali tal-White House jixhdu fil-proċeduri kontrih.

Id-deċiżjoni finali hija f’idejn is-senaturi wara li l-kamra tar-rappreżentanti ivvotat biex jibdew proċeduri ta’ impeachment kontra l-President.

Il-President Trump qabbad tim qawwi ta’ avukati li qed jiddefenduh minkejja li fis-senat hemm maġġoranza ta’ membri mill-Partit Repubblikan tal-President Trump stess. L-ebda wiehed mit-53 senatur Repubblikan ma ddikjara li se jivvota biex Trump jitneħħa.

Is-senatur Repubblikan, Mitch McConnell, nissel rabja fost id-demokratiċi meta ħabbar li l-proċeduri fis-Senat m’għandhomx jieħdu aktar erbgħa u għoxrin siegħa mifruxa biss fuq jumejn. Id-Demokratiċi akkużawh li qed jipprova jgħaġġel il-proċess biex Trump joħroġ illiberat.

It-tim legali ta’ Trump qed jargumenta li d-Demokratiċi se joħolqu preċedent perikoluż u jdgħajfu l-presidenza. Huma qalu li l-akkużi huma mmotivati minn raġunijiet politiċi.

Aħbarijiet Oħra

John Grima, artist Malti ta’ 88 sena, tilef ħajtu bil-Coronavirus fil-Kanada. Grima, li kellu 88 sena, emigra lejn il-Kanada mir-Rabat 70 sena ilu, fejn għex f’Toronto għal dawn is-snin kollha,…

COVID-19

Il-każijiet tal-Coronavirus komplew jiżdiedu fl-Ewropa li għadha l-agħar milquta, bi Spanja u r-Renju Unit jirrappurtaw l-akbar għadd ta’ imwiet f’ġurnata waħda filwaqt li l-Italja u l-Ġermanja ġeddew il-perjodu tal-lockdown għal…

COVID-19

Il-Coronavirus waslet sabiex jitħassru diversi attivitajiet minn madwar id-dinja. Minn sport għall-attivitajiet ta’ mużika, kollha ġew affettwati minn din il-pandemija. Anke l-Eurovision laqqatha u spiċċa mhux se jsir.  Madankollu d-delettanti…

COVID-19

Il-President Amerikan Donald Trump appella lill-Amerikani biex isegwu l-pariri li qed jinħataw fl-isfond tal-COVID-19 għaliex dawn jafu jagħmlu d-differenza bejn ħajja u mewt. Uffiċjali Amerikani qed ibassru li mill-inqas mitt…

Aktar