Barranin
Trump ser jiddikkjara emerġenza nazzjonali biex jiffinanzja l-ħajt tal-fruntiera mal-Messiku

Il-White House qalet li l-President tal-Istati Uniti Donald Trump ser jiddikkjara emerġenza nazzjonali biex jiffinanzja l-ħajt tal-fruntiera mal-Messiku.

Il-President Trump mistenni jiffirma liġi dwar is-sigurtà fuq il-frutnieri biex jipprevjeni shutdown ieħor, iżda wkoll biex jabqeż il-Kungress u juża fondi militari għal bini tal-ħajt.

Id-Demokratiċi akkużaw lil Trump b’abbuż rampanti tal-poter.

ll-bini tal-ħajt fuq il-fruntiera bejn il-Messiku u l-Istati Uniti kienet waħda mill-wegħdiet elettorali ewlenin ta’ Trump, iżda għad ma rnexxilux isib il-fondi biex jibda l-proġett.