Barranin
Truppi Torok bdew offensiva militari fil-Grigal tas-Sirja kontra l-qawwiet Kurdi

Truppi Torok bdew offensiva militari fil-Grigal tas-Sirja kontra l-qawwiet Kurdi li servew bħala alleati tal-Istati Uniti kontra l-Istat Iżlamiku.

Il-President Tork, Recep Tayyip Erdogan, qal li l-operazzjoni hi maħsuba biex toħloq żona ta’ sigurtà ħielsa mill-millizji Kurdi, li qed joffru kenn lir-rifuġjati Sirjani.

Ajruplani Torok qed jattakkaw żoni fejn hemm pajżana.

Ftit tal-ġranet ilu, il-President Amerikan Donald Trump irtira lit-truppi Amerikani mit-tramuntana tas-Sirja, f’mossa li qanqlet kritika mill-Kurdi u fethet it-triq għall-offensiva mill-qawwiet Torok. Trump wissa lit-Turkija bil-konsegwenzi jekk tattakka lill-Kurdi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mument kemmxejn imbarazzanti għall-plejers ta’ Juventus Cristiano Ronaldo u Paulo Dybala, li spiċċaw taw esebizzjoni ta’ mħabba ikbar milli kienu qed jimmiraw għaliha. F’mument ta’ ewforija hekk kif skurjaw gowl…

Barranin

Il-kumpanija tal-iktar xarba popolari fid-dinja, l-Coca-Cola, ikkommettiet ruħha li ma tiqafx tuża l-fliexken tal-plastik, minħabba li fi kliemha, l-konsumaturi jippreferu fliexken tal-plastik. Qalet li dan minħabba li flixkun ikun jista’…

Barranin

Is-Senat Amerikan approva r-regoli tal-ġuri fl-impeachment tal-President Donald Trump, li qed jiffaċċja akkużi li jistgħu jwassluh biex jitneħħa mill-poter. Trump qed ikun akkużat li abbuża mill-poteri tiegħu biex jikseb vantaġġ…

Barranin

Il-President Amerikan, Donald Trump, waqt li jinsab f’Davos l-Iżvizzera għall-Forom Ekonomiku Dinji, qed jiffaċċja żewġ akkużi serji fis-Senat, fil-kapitali Amerikana Washington, li għandu jiddetermina jekk Trump jitneħħiex minn President. Hu…

Aktar