Lokali
Turist jeħel 14-il xahar ħabs sospiżi wara li seraq żewġ mobiles

Franċiż ta’ 20 sena kien ikkundannat 14-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn wara li ammetta li seraq żewġ mobiles fi stabbiliment f’Paceville.

Louis Vallee kien akkużat li fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, waqt li kien fl-istabbiliment Fuego, seraq mobile HTC u mobile ieħor Samsung lil żewġ nisa. Filwaqt li l-mobile HTC instab fuqu u ġie ritornat lil sidtu, il-mobile Samsung baqa’ ma nstabx.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Aaron Farrugia, semgħet kif Vallee huwa infermier student, u ġie Malta għal ġimgħa fuq btala.

Il-prosekuzzjoni argumentat li l-pick-pocketing kien qed jiżdied u talbet lill-Qorti biex tibgħat messaġġ li jservi ta’ deterrent.

Mill-banda l-oħra, id-difiża tal-għajnuna legali argumentat li ż-żagħżugħ għandu kondotta nadifa, u li kien lest iħallas għall-mobile li ma ġiex ritornat.

Minbarra l-14-il xahar ħabs sospiżi, il-Qorti għalhekk ordnat lil Vallee biex iħallas €800 għall-mobile li seraq bħala kumpens lil sidtu.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-Arċisqof Charles Scicluna ħabbar li se jkun qed iqaddes quddiesa għal ruħ Daphne Caruana Galizia nhar it-Tnejn li ġej. Il-quddiesa se ssir fit-3.00 ta’ waranofsinhar fil-knisja tal-Bidnija, preċiżament ġimgħa wara…

Lokali

Il-valur ambjentali tal-alka li fil-maltemp timla bosta bajjiet qed jiġi enfasizzat b’regolamenti ġodda tal-Awtorita tal-Ambjent u r-Riżorsi li ħarġet linji gwida dwar kif u meta għandhom isiru ħidmiet ta’ tindif…

Lokali

Din hija ħarsa lejn il-ġurnali ppubblikati llum is-Sibt 21 ta’ Ottubru 2017: Fl-ewwel paġna ta’ L-Orizzont insibu ritratt tax-xena fejn seħħ il-qtil tal-ġurnalista u blogger Daphne Caruana Galizia akkumpanjat bit-titlu…

Lokali

Fil-bidu tax-xahar id-dieħel se ssir it-23 edizzjoni tal-festival internazzjonali tal-korijiet f’Malta mtella’ mill-Awtorità tat-Turiżmu. Din is-sena fil-festival li se jdum għaddej tlett ijiem, se jieħdu sehem 36 kor minn madwar…

Aktar