Lokali
Turisti grati lejn xufier ta’ taxi li għamel ġest mhux mistenni

Il-qalb tajba u l-ospitalità ta’ xufier ta’ taxi rebbħu lil Emanuel Calleja premju speċjali fl-ISTAR Awards organizzati mill-Awtorità tat-Turiżmu.

Ix-xufier kien nominat għal dan il-premju mill-koppja li reġgħet ġiet Malta biex tippreżentalu dan il-premju b’għarfien għal dak li għamel magħha wara inċident tat-traffiku.

L-ewwel btala f’Malta tal-koppja Bryan u Fiona Campbell fil-25 ta’ Lulju li għadda bdiet fuq sieq ħażina hekk kif ftit wara l-wasla tagħhom kienu involuti f’inċident tat-traffiku bejn sitt vetturi.

“We were stopped in traffic on the Siġġiewi bypass and we were involved in a horrible car accident. A truck didn’t realise that the traffic stopped and smashed in the back of our taxi, so we were pushed forward through several other vehicles before eventually we came to a stop crushed against a barrier,” qal is-sur Campbell.

Il-koppja Campbell u x-xufier tat-taxi Emanuel Calleja ġew rikoverati l-isptar għall-kura. Il-koppja tistqarr li ma stennietx il-ġest li għamel l-għada tal-inċident ix-xufier, biex jikkumpensa għall-esperjenza qarsa li għaddew minnha fl-inċident.

“We got a phone call – unexpected phone call – introducing himself saying I am Emanuel, I was your taxi driver yesterday, I’d like to take you out for dinner and me being British immediately said, no no, you do not have to do this, you know it is lovely for you to phone, and he said, no I’d really like to take you out for dinner. And his words were: I’d like to celebrate being alive,” qalet is-Sinjura Campbell.

U minn sempliċi ikla, ix-xufier għamilha wkoll ta’ gwida u dawwarhom ftit mal-Imdina.

“Għamilt erba’ sigħat magħhom imbagħad jiġifieri tajthom qisni – ħadt il-karozza tal-mara u mort bil-karozza tal-mara qisni taxi driver, u bil-gwida wkoll, u nispjegalhom daqsxejn il-bini l-antik u l-istorja tal-Imdina,” fisser ix-xufier Emanuel Calleja.

Il-koppja Campbell baqgħet grata lejn ix-xufier u nnominatu għall-premju speċjali STAR, li l-Awtorità tat-Turiżmu tagħti bħala rikonoxximent għall-qalb tajba u l-ospitalità ta’ persuni, bħas-Sur Calleja, mat-turisti.

Kienet il-koppja stess li fiċ-ċeremonja tal-għoti ta’ diversi Star Awards ippreżentat il-premju lis-Sur Calleja. Ma’ Television Malta huwa stqarr li qatt f’mitt sena ma stenna li kien se jingħata dan il-premju u jħossu kburi ħafna bih. “Li jiġfieri tellajtu l-airport u wrejtu lil sħabi.”

Fiċ-ċerimonja imtella mal-Awtorita tat-Turizmu ngħataw diversi ‘STAR Service Awards’ lil-persuni fl-industrija turistika li spikkaw għas-servizz tagħhom mat-turisti.

Il-Ministru tat-Turiżmu, Konrad Mizzi, qal li inzjattivi bħal dawn, mhux biss jagħtu rikonoxximent iżda jżidu l-motivazzjoni biex it-turist ikun stmat bl-aqwa mod possibbli u jagħmel l-aqwa riklam lil Malta.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

L-uffiċċji tal-BirdLife Malta f’Ta’ Xbiex sfaw misruqa matul il-lejl li għadda. Fi stqarrija l-BirdLife qalet li persuni mhux magħrufa żgassaw il-bieb, daħlu fil-bini, u serqu xi flus u oġġetti oħrajn,…

Qorti

Mara u raġel spiċċaw imwiddba mill-Qorti biex iżommu l-purtieri tal-kamra tas-sodda magħluqa, wara li xi persuni lemħuhom waqt l-att sesswali fil-gallarija. Il-koppja, li huma turisti Ukreni, ġibdu l-attenzjoni ta’ persuni…

Politika Lokali

Il-Prim Ministru u mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat, spjega li fid-deċiżjoni li ħa l-Gvern Malti dwar l-immigrazzjoni ntlaħaq bilanċ bejn l-interess nazzjonali u d-dinjità umana. F’intervista fuq ONE Radio, Dr…

Qorti

Mandy Cassar ta’ 29 sena mis-Swieqi dalgħodu tressqet il-Qorti u wieġbet mhux ħatja għall-akkużi ta’ importazzjoni ta’ iktar minn nofs kilo kannabis bl-iskop li tiġi traffikata. Il-Maġistrat Joe Mifsud ma…

Aktar