Unjoni Ewropea
Turisti Ingliżi jridu japplikaw u jħallsu €7 biex isiefru f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea

Turisti minn pajjiżi tezi, inkluż ir-Renju Unit, l-Istati Uniti u l-Awstralja, iridu jimlew formola u jħallsu miżata ta’ €7 meta jkunu se jivjaġġaw lejn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Din is-sistema se tidħol fis-seħħ mis-sena d-dieħla, u min japplika jkun intitolat li jqatta’ fl-Unjoni Ewropea sa mhux iktar minn 90 jum minn kull 180 jum. Wara dan iż-żmien dak li jkun irid japplika għall-Visa.

L-applikazzjoni tal-European Travel Information and Authorisation System (ETIAS) hija b’xejn għal min għandu inqas minn 18-il sena jew iktar minn 70 sena, u hija valida għal tliet snin.