Turisti jingħataw esperjenza tal-kampanja Maltija, tradizzjonijiet u kultura

Hekk kif t-turisti li jiġu f’pajjiżna qed jfittxu dejjem aktar esperjenzi ġodda, l-intrapriża Merill ħarġet bi programm li bih numru ta’ turisti jingħataw esperjenza diretta tal-kampanja Maltija, in-natura, tradizzjonijiet u kultura. Filfatt dawn it-turisti jżuru postijiet differenti f’Malta fejn jistgħu jaraw b’għajnehom n-natura u l-artiġjanat.

tvm.com.mt żar u esperjenza wħud mill-postijiet fejn iżuru dawn it-turisti. Il-proġett Merill ġie megħjun finanzjarjament mill-fondi tal-Unjoni Ewropeja €90,000 b’kollox u l-iskop huwa biex jippromovi dan in-network ta’ turiżmu rurali.

Antoine Vella huwa nissieġ wieħed mill-ftit li fadal fil-pajjiż u t-turisti jarawh jaħdem in-newl, u xi kultant jitħajjru jippruvaw huma wkoll. Il-proġett mistenni jgħin biex jinxtraw magni ġodda biex minbarra in-newl jibda jiġi ipproċessat is-suf tan-nagħaġ f’ħajt.

Il-ġnien tan-nixxiegħa li jinsab fl-inħawi ta’ Binġemma joffri opportunità unika lit-turisti, deskritt mis-sit bħala mużew ta’ pjanti u ħwawar fejn it-turisti jesperjenzaw s-sensazzjoni sħiha tan-natura. F’dan il-ġnien wieħed jsib is-siġra Nazzjonali tal-għargħar kif wkoll il-pjanta nazzjonali dik ta’ widnet il-baħar.

F’dan il-ġnien wieħed jsib ammont kbir ta’ siġar taż-żebbuġ li minnu isir iż-żejt taż-żebbuġa, l-istess żejt li jagħti togħma unika lil l-ħobż biż-żejt servut lit-turisti imwaħħar bi prodotti oħrajn bħal tadam imqadded u kappar. Charles Vella sid dan il-post jispjega x’inhuma l-affarjiet li l-aktar jinteressaw it-turisti.

Post ieħor fejn imorru dawn it-turuisti hi għalqa kbira fl-inħawi tal-Ġnejna, fejn apparti veduta spettakolari tal-baħar, hawnhekk hawn ġenna tal-art ta’ siġar tal-frott bħal tuffieħ, rummien, tin, ħawh, dwieli u bosta siġar ta’ ċitru differenti.