Lokali
Turisti Maltin jgħodduha b’waħda meta ġew wiċċ imb wiċċ mat-traġedja fuq White Island

Turisti Maltin li kienu fuq cruise jistgħu jgħodduha b’waħda meta l-vjaġġ tagħhom ġabhom wiċċ imb wiċċ mat-traġedja fuq White Island u l-iżbroff tal-vulkan Whakaari fi New Zealand.

Esperjenza li ħassdithom mhux ftit hija dik li għaddew minnha grupp ta’ turisti Maltin li kienu fuq l-istess vapur mal-vittmi, ħafna minhom Awstraljani tal-iżbroff tal-vulkan Whakaari, fuq White Island fi New Zealand. Colin Aquilina li qiegħed jivvjaġġa mal-grupp ta’ Maltin iddeskriva x-xena li ra wara l-iżbroff bħala waħda tal-biża’.

“Ix-xena li rajt jien partikolari hija xena gravi li ġiet deskritta minn nies li marru jagħtu l-ewwel għajnuna, qisa xena ta’ Chernobyl.

B’xorti tajba l-grupp ta’ 43 Malti li kellu miegħu, għalkemm kienu l-art meta seħħ l-iżbroff, ma ħadux l-excursion lejn il-vulkan. Huwa kien iktar fortunat għaliex kien preparat li jitla’ fuq il-vulkan.

“Għandi t-tifel il-kbir interesat fil-vulkani u għidt immur s’hemm biex nieħu xi ritratti u nurihomlu. Inzerta li persuna li kien miegħi ħassu ma jiflaħx u għidt ahjar ma ninżilx għax jekk jaqbdu xi ħaġa, inkun miegħu.”

Is-Sur Aquilina rrakkonta kif il-kaptan wasslilhom l-aħbar li kien hemm passiġġieri magħhom li tilfu ħajjithom fl-iżbroff tal-vulkan u għalhekk il-vapur Ovation of The Seas baqa’ sorġut sakemm il-pulizija telgħu abbord u ġabru kampjuni mill-kmamar biex ikunu jistgħu jikkonfermaw id-DNA tal-vittmi.

L-attività volkanika għadha għaddejja fuq White Island bl-awtoritajiet ta’ New Zealand waqfu l-ħidma ta’ salvataġġ għal disa’ persuni li għadhom rappurtati nieqsa. S’issa ġew konfermati mejta sitt persuni filwaqt li 28 oħra għadhom l-isptar fi New Zealand bi ġrieħi serji u ieħor li ttieħed l-Awstralja għal iktar kura intensiva.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Mark Anthony Sammut, li kien qed jissemma bħala kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, ħabbar li mhuwiex se jikkontesta għal din il-kariga. Fuq Facebook, Mark Anthony Sammut kiteb illi huwa…

Politika

Il-Membru Parlamentari Therese Comodini Cachia ħabbret li mhux se tikkontesta għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. F’kitba fuq il-mezzi soċjali, Dr Comodini Cachia qalet li filwaqt li tinsab konvinta li l-PN għandu bżonn…

COVID-19

Is-Supretendent għas-Saħħa, il-Professur Charmaine Gauci mistennija tindirizza konferenza stampa dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’Malta fis-13:00. Mil-lum, il-Professur Gauci se tibda mill-ġdid tagħti lill-pubbliku rendikont tal-imxija f’pajjiżna kull nhar ta’ Ġimgħa.

Lokali

Il-Prim Ministru Robert Abela u d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne mistennija jindirizzaw konferenza stampa dwar il-laqgħa u r-riżultati miksuba mal-MCESD. Il-konferenza stampa se tixxandar fuq tvm, tvm.com.mt u l-paġna facebook…

Aktar