Bil-filmat: turisti mhux tas-soltu fi Brussell

Nhar il-Ġimgħa, Ludovic Bytebier, student ibbażat fi Brussell, ġibed filmat permezz tal-mowbajl tiegħu ta’ tliet żebri jiġru liberi fil-belt.

Iż-żebri ħarbu minn razzett f’Vilvoorde qrib il-kapitali Belġjana qabel bdew jiġru lejn Brussell.

Kienu diversi attentati tal-pulizija u ta’ uffiċjali oħra li madwar siegħa wara jiġġerrew b’mod liberu fit-toroq, irnexxielhom jaqbdu liż-żebri.