Storja
TVM b’intervista mal-familja tal-Malti li tilef ħajtu fit-traġedja tat-Twin Towers

Għoxrin sena mit-traġedja tal-11 ta’ Settembru, Television Malta se jxandar intervista esklussiva mal-familja ta’ Brian Joseph Cachia, l-uniku Malti li tilef ħajtu fit-traġedja tat-Twin Towers.

Id-dokumentarju “9/11: il-Maltin li kienu hemm” u li ser jixxandar għada wara l-bulletin tal-aħbarijiet se jgħix l-esperjenza ta’ diversi Maltin li kienu f’Manhattan dakinhar tal-11 ta’ Settembru. Id-dokumentarju se jkun ukoll fuq il-paġna tal-Facebook ta’ Television Malta.

Adrian Spiteri, li ħadem id-dokumentarju, silet uħud mill-esperjenzi tal-Maltin li kienu f’Manhattan dakinhar tal-attakk tal-ħdax ta’ Settembru.

Għoxrin sena mill-agħar attakk terroristiku li qatt rat id-dinja, ir-riperkussjonijiet għadhom jinħassu sal-lum mhux biss fl-Istati Uniti iżda anki madwar il-bqija tad-dinja.

Il-ġerħa tat-traġedja tal-11 ta’ Settembru, li fiha inħasdu mat-3,000 ħajja, għadha tinħass l-aktar mill-familji li tilfu lil qarib tagħhom.

Fosthom hemm Pat Cachia, iz-zija ta’ Brian Joseph Cachia, l-uniku Malti vittma tal-attakki.

F’intervista li ser tixxandar bħala parti mid-dokumentarju 9/11 il-Maltin li kienu hemm, Pat reġgħet għexet il-mument li fi kliemha, bidlilha ħajjitha għal dejjem u għadha tistmerr sal-lum.

“I still having trouble looking at the people jumping, because I knew he was in the 103rd floor, but I also know that from where the plane went in, it was probably instant, but I didn’t realise that until later on. When I would see people jumping. Because I knew what he was wearing that day and I wonder if that was him”.

Dakinhar tal-attakk fil-qiegħ tat-Twin Towers Gonzalo kien qiegħed jaħdem f’ħanut ta’ skarpan Malti. Sal-lum għadu ma jistax jemmen dak li ra u kif salva l-attakk taż-żewġ ajruplani.

“I saw her come the second plane, the plane came like this and it went this way, and it hit around the 40th floor, almost in the middle of the building. So everything shook, but nobody move, and then after I saw the flame and everything, I saw the people jumping from there”.

Ftit bogħod mit-Twin Towers f’Manhattan kien hemm Joe Grech li malli ra l-attakk mar-jixtri kamera tar-ritratti biex jiġbed ritratti ta’ dak li kien qiegħed jgħix waqt l-aktar ġurnata sewda fl-Istati Uniti.

“U nqbadt Manhattan għax it-trains waqfu, it was a bad tragedy that day. I took a lot of photos the first day, but everyday I went there I took photos, because between work it is hard not to go to the site, because we were working a few blocks perimeter”.

Minbarra l-intervista fl-Istati Uniti mal-Maltin li joqgħodu New York, għad-dokumentarju “9/11: il-Maltin li kienu hemm” Adrian Spiteri intervista wkoll uħud mill-Għawdxin li nqabdu fi New York dakinhar tal-attakk.