Televiżjoni u Radju
TVM jibqa’ l-aktar stazzjon segwit – l-Aħbarijiet tat-8pm iżidu l-udjenzi

Stħarriġ dwar l-udjenzi mill-Awtorità tax-Xandir matul ix-xahar ta’ Lulju – fil-bidu tal-iskeda tas-sajf – reġa’ wera li TVM hu l-iktar stazzjon segwit, waqt li l-Aħbarijiet tat-8pm baqgħu l-aktar popolari, b’żieda sinifikanti ta’ aktar minn 30,000 telespettatur fuq Lulju tas-sena li għaddiet.

TVM u TVM 2 huma segwiti minn aktar minn 42%, waqt li ż-żewġ stazzjonijiet politiċi flimkien għandhom udjenza ta’ 17%.

L-istħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir li sar f’Lulju, meta tradizzjonalment l-udjenzi jonqsu minħabba l-btajjel tas-sajf, wera li l-istazzjonijiet televiżivi tal-Public Broadcasting Services – b’udjenza ta’ ftit iktar minn 42% – huma l-aktar stazzjonijiet segwiti f’Malta, b’TVM u TVM 2 għandhom telespettaturi iktar mill-istazzjonijiet barranin kollha flimkien, li bejniethom għandhom ftit aktar minn 31%.

TVM għandu udjenza li hija d-doppju ta’ ONE u aktar mit-triplu ta’ NET Television.

Fl-istess xahar li ż-żewġ stazzjonijiet tal-PBS kienu qed ixandru l-partiti tat-Tazza tad-Dinja u programmi speċjali, TVM 2 ikklassifika fit-tielet post b’udjenza ta’ iktar minn 12% – żieda ta’ 11% meta mqabbel maċ-ċifri ta’ Lulju tas-sena l-oħra.

Mill-istħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir joħroġ li fi kwalunkwe jum tal-ġimgħa, l-Aħbarjiet tat-8pm fuq TVM kellhom l-ogħla udjenza fost il-programmi u l-istazzjonijiet kollha, bl-ogħla udjenza tlaħħaq il-114,000 telespettatur, żieda ta’ 33,000 telespettatur meta mqabbel mal-ogħla udjenza mkejla f’Lulju tas-sena li għaddiet.

B’mod ġenerali, l-Aħbarjiet fuq l-istazzjonijiet kollha huma mfittxija minn kwart tat-telespettaturi waqt li l-programmi tad-drama huma t-tieni l-aktar segwiti.

Fl-udjenza tar-radju, Bay Radio, li jxandar l-iżjed programmi mużikali, hu segwit minn 25% tas-semmiegħa, segwit minn One Radio bi 15.5% u VIBE FM b’9.2%, waqt li Radju Malta ġie fir-raba’ post bi 8.5%. Magic Radio kiseb 2.6% tas-semmiegħa.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Milied jiġi għal kulħadd u jferraħ bosta qlub. Żorna ċ-Centro Spero għal persuni nieqsa mid-dawl fejn ħassejna l-entużjażmu tal-persuni nieqsa mid-dawl li qed iħejji għal produzzjoni tal-Milied bi drama u…

Ekonomija u Finanzi

Statistika tal-Eurostat uriet li fl-2016, in-nefqa ta’ Malta f’għajnuniet soċjali kienet inqas mill-medja Ewropea. Fil-fatt Malta kienet f’sitt post mill-aħħar fost 28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea li tonfoq fuq servizzi soċjali….

Brexit

Tkompli titħabbel il-kobba dwar Brexit wara li fl-aħħar jiem il-Prim Ministru Theresa May tidher li spiċċat b’idejha f’idejha meta ma kisbitx garanzija ta’ assigurazzjonijiet dwar il-fruntiera tal-Irlanda mill-mexxejja tal-Unjoni Ewropea….

Brexit

Il-korrispondent tal-BBC, Chris Morris, f’kummenti esklussivi lil Television Malta, stqarr li l-Prim Ministru Ingliża Theresa May s’issa għadha ma kisbitx dak mistenni minn ħafna Parlamentari Ingliżi biex jaċċettaw il-ftehim li…

Aktar