Televiżjoni u Radju
TVM l-aktar stazzjon segwit – l-aħbarijiet l-aktar imfittxija mill-udjenzi

Skont l-aħħar stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir dwar l-udjenzi f’Marzu li għadda, l-Aħbarijiet ta’ Television Malta laħqu rekord ġdid b’udjenza ta’ 151,600 telespettatur. Id-drama “l-Għarusa” fuq Television Malta irreġistrat fost l-ogħla udjenzi tal-istazzjonijiet kollha, b’aktar minn 75,000 telespettatur.

L-istħarrig ikkonferma wkoll li Television Malta hu segwiet minn ftit aktar minn 33 fil-mija tat-telespetturi. Dan huwa aktar mill-istazzjonijiet barranin kollha flimkien u kważi d-doppju tal-istazzjon One u erba’ darbiet aktar min-Net TV.

Il-kredibbiltà tal-aħbarijiet ta’ Television Malta kompliet tikseb aktar appoġġ bl-aħbarijiet tat-tmienja jiksbu rekord ġdid ta’ ftit aktar minn 151,000 telespettatur. Dan huwa 28,000 aktar mill-ogħla udjenza li l-aħbarijiet ta’ Television Malta kellhom fl-aħħar stħarriġ simili li sar f’Ottubru li għadda. L-aħbarijiet ġew konfermati bħala l-aktar programm segwiti fil-ġranet kollha tal-ġimgħa.

L-aħbarijiet ta’ One kellhom nofs l-udjenza ta’ Television Malta bi ftit aktar minn 75,000 telespettatur, segwiti min-Net News li kienu segwiti minn ftit iktar minn 30,000 telespetattur.

L-istħarriġ li sar mill-Awtorità tax-Xandir u l-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika stħarreġ l-għażliet tat-telespettaturi b’kampjun ta’ 1,200 ruħ. Minnu joħrog li l-udjenza ta’ TVM laħqet 143,000 (33.35%), filwaqt li l-udjenza ta’ One TV laħqet ftit inqas minn 79,000 telespettatur ( 18.41%) u Net TV 34,000 telespettatur (7.88%).

Wara l-aħbarijiet, id-drama baqgħet l-aktar ġeneru ta’ programmi segwiti, bis-serje l-Għarusa tilħaq udejnza ta’ ftit iktar minn 75,000 telespettatur segwit mill-programm Xarabank li laħaq udjenza ta’ ftit inqas minn 70,000 telespettatur. Id-drama Division 7 li jixxandar fuq ONE TV kellu udjenza ta’ 63,000 telespettur.

Il-logħob taċ-Champions league fuq TVM2 laħaq ftit inqas minn 60,000 telespettarur. TVM2 irreġistra udjenza globali ta’ kważi 4% u huwa r-raba’ stazzjon lokali l-aktar segwit.

L-istħarriġ wera li 274,500 persuna jsegwu t-televiżjoni b’mod regolari filwaqt li 242,500 jisimgħu l-istazzjonijiet tar-radju.

L-istazzjon tar-radju li rreġistra l-akbar udjenza huwa One Radio, bi ftit inqas minn 32,000 semmiegħ. Radju Malta ikklasifika bħala r-raba’ l-aktar stazzjon popolari wara l-One Radio u ż-żewg stazzjonijiet muzikali: Bay u Vibe FM. Il-programm Familja Waħda fuq Radju Malta laħaq udjenza ta’ ftit inqas minn 28,000 semmiegħ.

Il-bord u l-management tal-PBS qalu li dawn ir-riżultati jkomplu jimlewhom b’determinazzjoni biex l-istazzjonijiet nazzjonali jibqgħu jkunu ta’ servizz għat-telespetturi bi programmi ta’ kwalità u b’aħbarijiet imparzjali u kredibbli.

Ara wkoll:

TVM l-iktar stazzjon segwit – l-aħbarijiet jilħqu quċċata ġdida

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Bħal dan iż-żmien mitt sena, f’Malta twieled wieħed mill-aqwa kummidjanti Maltin ta’ kull żmien. Imwieled l-Isla u mrobbi Bormla, Charles Clews hu kkunsidrat re tal-komiċità Maltija speċjalment għall-umoriżmu nadif tiegħu…

Lokali

Id-diriġenti tal-Fondazzjoni Puttinu qalu lil TVM li wara li fil-maratona ta’ tmiem il-gimgha inġabret is-somma ta’ ‘l fuq minn miljun u sitt mitt elf ewro, il-mira biex iseħħ il-proġett għal…

Lokali

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri nieda l-ewwel rotta tal-inbejjed, jew wine trail, f’pajjiżna filwaqt li ħabbar li se jkun hemm il-Vintners’ Open Weekend is-Sibt 21 u l-Ħadd…

Lokali

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar l-End of Summer Family Weekend Festival b’risq Dar Bjorn li se jittella’ fl-20, fil-21 u fit-22 ta’ Settembru fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa. Dan…

Aktar