Lokali
TVM l-iktar stazzjon segwit – l-aħbarijiet jilħqu quċċata ġdida

Television Malta baqa’ l-aktar stazzjon segwit filwaqt li l-aħbarijiet tat-8.00 kisbu l-ogħla udjenza mill-programmi kollha – 123,000 telespettatur. Imqabbel ma’ sena ilu, l-udjenza medja tal-aħbarijiet ta’ TVM żdiedet għal aktar minn 96,000.

L-istħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir li sar f’Ottubru li għadda wera li Television Malta hu segwit minn 141 elf telespettatur ekwivalenti ghal 35.4% tat-telespettaturi Maltin, kważi d-doppju ta’ ONE u t-tripplu ta’ NET TV.

Il-biċċa l-kbira tal-persuni intervistati mill-Awtorità tax-Xandir f’Ottubru li għadda qalu li l-aħbarijiet hu l-aktar ġeneru favorit tagħhom tant li l-istħarriġ wera li l-aħbarijiet tat-8.00ta’ Television Malta hu l-aktar segwit bl-ogħla udjenza tiskorri l-123,000, madwar elf aktar minn sena ilu. L-ogħla udjenza għall-aħbarijiet ta’ ONE kienet 66,293 u ta’ NET TV – 34,024.

L-istħarriġ tal-Awtorità li sar fuq medda ta’ xahar mal-bidu tal-iskeda l-gdida u dan wera li TVM kiseb udjenza ta’ 35.4% filwaqt li ONE laħaq udjenza ta’ 18.6% u NET TV 8.8%. L-istazzjonijiet barranin kisbu udjenza ta’ 31.5%.

L-aħbarijiet laħaq l-ogħla udjenza ta’ 123 elf u kellu prattikament l-ogħla numru ta’ telespetturi fil-ġranet kollha tal-ġimgha minbarra l-Ħadd. X Factor kiseb it-tieni l-ogħla udjenza – 96,000 telespettatur, filwaqt li t-tielet l-ogħla ġie Xarabank – b’aktar minn 69 elf.

It-tieni l-aktar ġeneru mfittex mit-telespettaturi Maltin huwa d-drama. L-Għarusa hija l-aktar segwita bl-ogħla udjenza mkejla tlaħħaq 50,000, Manwela 45,000 u Vigilante kważi 27,000.

Il-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti bħal Dissett, Xtra u Realtà kisbu udjenza medja ta’ aktar minn 14,000 telespettatur. Il-programm Sibtek irreġistrat l-akbar udjenza għal programmi ta’ matul il-jum b’udjenza ta’ 18-il elf, waqt li l-programm ġdid Ras Imbras kiseb udjenza ta’ 27,000.

Iċ-ċifri juru li l-Maltin għadhom isegwu t-televiżjoni, bi tnaqqis żgħir ta’ wieħed fil-mija fuq sena ilu. Hu stmat li 274,000 persuna jew 61% fil-mija tal-Maltin isegwu t-televiżjoni b’mod regolari għal ftit inqas minn sagħtejn kuljum.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel ittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30pm fi Triq it-Telgħa ta’ Selmun. L-inċident seħħ bejn bejn vettura tal-għamla Toyota Aygo, li…

Stejjer Umani

Filmat ta’ tifel ċkejken ta’ 9 snin inxtered f’ħakka ta’ għajn mad-dinja kollha meta esprima d-dwejjaq li ħakmuh minħabba l-bullying. Fil-filmat miġbud minn ommu, Quaden Bayles jinstema’ jgħid li jrid…

Saħħa

F’Malta, fl-ajruport beda jsir screening tat-temperatura tal-ġisem tal-passiġġieri li jaslu Malta biex ikun identifikat jekk dawn għandhomx id-deni li huwa wieħed mis-sintomi tal-coronavirus. U fil-port, il-ħaddiema tax-xatt irirfjutaw li jħottu…

Għawdex

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li llum beda jingħata l-konkos fil-Menqa bi tkomplija mal-ewwel saff tal-bażi, kif ukoll bdew jinfirxu l-ewwel sleeves bis-servizzi lejn il-proprjetajiet. Il-Ministru spjega li nqala’…

Aktar