Lokali
Mons. Alfred Xuereb ikkonsagrat Isqof u Nunzju Appostoliku tal-Korea t’Isfel u l-Mongolja

Fil-Vatikan, Monsinjur Alfred Xuereb ġie kkonsagrat Isqof mill-Papa Frangisku biex imexxi n-Nunzjatura Appostolika tal-Korea t’Isfel u l-Mongolja. Waqt il-konsagrazzjoni fil-Bażilika ta’ San Pietru, ġew ikkonsagrati żewġ Isfqijiet oħra.

Fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan, Monsinjur Alfred Xuereb, li serva għal bosta snin f’karigi importanti fil-Vatikan u ħadem qrib sew tal-Papa Benedittu, ġie kkonsagrat Isqof mill-Papa Frangisku li nnominah biex iservi fil-korp diplomatika tal-Vatikan bit-titlu ta’ Arċisqof. Il-Quddiesa fil-festa ta’ San Ġużepp, saret fil-ħames anniversarju minn meta l-Papa Frangisku beda l-pontifikal tiegħu.

Għall-Konsagrazzjoni minbarra qraba ta’ Monsinjur Xuereb, kien preżenti diversi dinjitarji Maltin fosthom, il-Kardinal Prospero Grech, l-Arċisqof Charles Scicluna u l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech kif ukoll rappreżentanti tal-Istat, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela.

Waqt iċ-ċerimonja l-Papa talab affermazzjoni mit-tlett Isfijiet fosthom jekk humiex lesti li jipprietkaw il-Vanġelu ta’ Kristu u biex jgħożżu l-fidi u juru ubbidjenza lejh bħala Papa. Wara l-affermazzjoni, l-isqfijiet ġodda nxteħtu minn tulhom fl-art bil-Papa jitlob fuqhom għal xita ta’ grazzji. Wara l-Papa qiegħed idejh fuqhom, bit-tqegħid tal-idejn segwa wkoll mill-Isqfijiet preżenti. Wara dan segwa l-proċess tat-tidlik taż-żejt fuq kull Isqof ordnat fejn qalilhom ilkoll biex ixerrdu l-Vanġelu u tagħhom iċ-ċurkett li jissimboliża l-fidi u l-purezza, kif ukoll mitra bajda biex tiddi fihom is-sbuħija tal-qdusija.

Fl-omelija. il-Papa Franġisku qal li huma għandhom responsabbiltà kbira biex iservu u mhux jiddominaw, għax skont il-kmandament tal-Mulej, min hu l-ikbar fosthom huwa l-iżgħar.

Il-Papa qal li bħal missier tal-familja għandhom iħobbu lill-merħla tagħhom u biex iħobbu wkoll lis-saċerdoti u lid-djakni tagħhom. Appella wkoll biex l-isqfijiet iħobbu lill-foqra, l-emarġinati u dawk li għandhom bżonn l-għajnuna, u jkattru l-fidi fil-komunità tagħhom, filwaqt li joqogħdu attenti għal dawk li mhumiex qed jilqgħu lil Kristu biex jattirawhom lejH.

Fil-jiem li ġejjin, Monsinjur Xuereb ġej Malta biex fost oħrajn iżur id-Djoċesi ta’ Għawdex fejn trabba qabel jibda il-ħidma diplomatiku tiegħu bħala n-Nunzju tal-Vatikan fil-Korea t’Isfel u fil-Mongolja.

Ara wkoll:

Il-Monsinjur Alfred Xuereb se jkun konsagrat Isqof fil-Vatikan mill-Papa Franġisku

Mons Alfred Xuereb se jinħatar Nunzju Appostoliku fil-Korea t’Isfel

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Plastic Europe, assoċjazzjoni li tiġbor produtturi tal-plastik minn madwar l-Ewropa, iltaqgħet f’Malta biex tiddiskuti mal-esperti u l-politiċi t-triq ‘il quddiem biex l-ibħra ma jibqgħux iservu ta’ miżbla għal eluf ta’…

Lokali

Koppja Maltija li tlett xhur ilu adottat tifel mill-Indja qalet li l-ferħ li tahom dan it-tifel f’ħajjithom huwa indeskrivibbli. Il-Koppja, Ian u Madeleine Sammut Dacoutros għandhom tifel ta’ sena u…

Lokali

Il-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv Tonio Montebello qal li jintremew maż-2 miljun tunnellati ta’ skart li minnhom 333,000 tunnellata jinġabru minn boroz suwed. Huwa qal li nofs dan l-iskart seta’ ġie rriċċiklat….

Lokali

Waqt li komplew l-argumenti favur u kontra l-proposti tal-Gvern għall-emendi fil-liġi tal-IVF, il-Gvern wera qbil mal-President Marie Louise Coleiro Preca li din id-diskussjoni għandha ssir b’mod seren, iżda tenna li…

Aktar