Lokali
Twaddabx plastik fil-baħar – wirja fl-Akwarju Nazzjonali biex titqajjem kuxjenza

Mal-10 miljun tunnellata plastik fis-sena jintefa’ fl-oċeani u n-numru se jkomplu jiżdied. Dan qed jipperikola l-ħajja fl-oċeani, l-għajxien ekonomiku u s-saħħa tal-bniedem.

Lighters, boroż, bottijiet tal-plastik u konzijiet huma fost l-affarijiet li l-bniedem jitfa’ fil-baħar bil-konsegwenza li qed iniġġes l-oċeani.

Biex titqajjem aktar kuxjenza dwar din il-pjaga ambjentali, l-Ambaxxatriċi Amerikana għal Malta, G. Kathleen Hill inawgurat wirja interattiva – bl-isem ta’ An Ocean Free of Plastic – fl-Akwarju Nazzjonali ta’ Malta li fost oħrajn hija mmirata biex tqajjem kuxjenza mal-pubbliku dwar it-tniġġis fl-oċeani.

“So some of the consequences we witnessed here in Malta are for instance turtles being rescued from the ocean who are wound up in plastic and fishing lines and has to rehabilitated and some of them suffer grievous injuries,” qalet Hill.

L-Ambaxxatriċi Hill qalet li mill-2014 sal-lum, ġew investiti mat-€850 biljun għall-protezzjoni tal-oċeani u l-ambjent madwar id-dinja. Qalet li n-nies mid-dar jistgħu jagħmlu l-parti tagħhom biex inaqqsu l-plastik milli jispiċċa fil-baħar.

“Using re-usable items instead of plastic bags and plastic bottles, using re-usable bottles, using cloth bags when you go to a grocery store… taking down the amount of plastic we use as an individual on a daily basis,” qalet l-Ambaxxatriċi.

L-Ambaxxatriċi Hill aċċennat għall-konferenza dwar il-protezzjoni tal-oċeani, li se ssir f’Malta f’Ottubru, li għaliha mistenni jattendu xjentisti, intraprendituri u s-soċjetà ċivili, biex isibu soluzzjonijiet tanġibbli għat-tniġġis fl-oċeani.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

F’konferenza tal-aħbarjiet, il-Ministru tal-Familja Michael Falzon ħabbar li ser jitneħħa l-obbligu li persuna tippreżenta ċertifikat mediku kull ġimgħa fuq mard fit-tul biex tkun tista’ titħallas il-benefiċċju tal-mard. Il-Ministru Falzon qal li…

Lokali

Emanuel Navarro se jinżamm arrestat wara li ġie akkużat b’theddid fuq l-Ewroparlamentari Roberta Metsola. Dan wara li fuq Facebook, Navarro kiteb li Dr Metsola hija traditura u qal li “nies…

Lokali

Raġel ta’ 41 sena miż-Żurrieq intbagħat sitt snin ħabs wara li ammetta li prova joqtol lill-eks mara tiegħu meta taha daqqiet b’sikkina fl-istonku. Id-daqqiet kienu profondi tant li kienet ittieħdet…

Lokali

4 ijiem wara d-delitt u l-feriment f’Ħ’Attard, jidher li fil-mira kien hemm is-sid tal-ħanut tat-tapezzerija Raymond Grima.  Dan ħareġ mill-investigazzjonijiet li saru s’issa mill-Pulizija, li fi stqarrija qalu li dawn…

Aktar