Barranin
Tweet tibdel ħajjet koppja u tarbija li ġiet abbandunata

Ta’ kull filgħodu Vinod Kapri, Indjan li jaħdem fix-xena tal-films minn New Delhi jiċċekkja Twitter. Biss ftit kien jaf li dik it-tfittxija fuq Twitter mhix tas-soltu u se tibdillu ħajtu. Waqt li kien qed iqelleb fi Twitter ra filmat grafiku ta’ tarbija tat-twelid li ġiet abbandunata u mitluqa f’baskett tal-iskart. Hija nstabet għarwiena u tibki.

Mid-dmugħ f’għajnejh huwa wera l-filmat lil martu, Sakshi Joshi li wkoll hi ġurnalista. Huma qalu lill-midja li lanqas felħu jaraw il-filmat kollu u fihom tnisslet ċertu rabja. F’moħħ il-koppja feġġ ħsieb wieħed li jaddottaw lit-tarbija. Ma kinitx faċli iżda ma qatgħux qalbhom. Joshi twittjat lura biex tipprova tikseb informazzjoni dwar din it-tarbija u qalet li jixtiequ jaddottawha. Fi ftit ħin it-tweet tagħha nxterdet mal-erbat irjieħ tad-dinja. Grazzi għall-ħiliet ġurnalistiċi tagħhom waslu biex jiskopru li t-tarbija nstabet f’Rajasthan, stat fl-Indja.

Il-koppja talbet lill-ħabib tagħha biex imur u jfittex it-tarbija. Fortunatament huwa sab lit-tarbija iżda kienet f’qagħda kritika ġewwa sptar. Mal-ewwel il-koppja wriet it-tobba l-ħsieb tagħha li taddotta t-tarbija. Min-naħa tagħhom it-tobba qalulhom li t-tifla qed teqleb għall-aħjar iżda mħassbin għax tiżen biss 1.6kg. Huma stiednu lill-koppja biex tmur u tara t-tarbija.

Il-koppja vvjaġġat mal-500km biex tiltaqa’ mat-tarbija. Xħin rawha huma ħassewhom fis-seba’ sema u kienu kuntenti se jtiru. Għalissa huma ddeċidew li jagħtuha isem temporanju – Pihu, isem ta’ film li dderiġa Vinod Kapri.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-filming tal-film ċelebri The Fast and the Furious 9 waqaf ħesrem hekk kif seħħ inċident gravi fuq is-sett wara li l-istunt man tal-attur Vin Diesel spiċċa f’koma. Joe Watt, li…

Barranin

Boris Johnson ġie elett Mexxej tal-Partit Konservattiv, u għada jibda jservi bħala Prim Ministru tar-Renju Unit. Hu kiseb żewġ terzi tal-voti fl-elezzjoni fost il-membri tal-Partit Konservattiv. Hu kien ikkontestat minn…

Barranin

Attivista li kienet tikkampanja għad-drittijiet umani, b’mod partikolari għal persuni LGBTIQ, inqatlet viċin darha fir-Russja. Il-katavru ta’ Yelena Grigoryeva, ta’ 41 sena, instab qalb siġar baxxi f’St Petersburg. Hija kellha…

Barranin

Tħabbret il-mewt ta’ David Hedison, l-attur Amerikan magħruf l-aktar għall-films li ħadem ta’ James Bond. Hedison miet fl-età ta’ 92 sena u kien jaħdem il-parti ta’ Felix Leiter fil-films ta’…

Aktar