Kronaka
Tweġġa’ gravi wara li tilfet il-kontroll tal-mutur

Mara ta’ 29 sena weġġgħet gravi f’inċident bil-mutur.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8am fi Triq in-Naxxar, San Ġwann.

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li l-mara, li toqgħod il-Gżira, kienet qiegħda ssuq mutur PGO Ligero, tilfet il-kontroll u waqgħet. Aktar tard, hi ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.