Lokali
Tweġġa’ ħafna b’kummenti razzisti għax hi omm tfal b’ġilda skura

Omm li sitt snin ilu adottat tfal mill-Etjopja qalet lil TVM li tweġġa’ ħafna meta fuq il-midja soċjali, nies jesprimu kummenti kattivi fil-konfront ta’ nies ta’ ġilda skura, l-iktar fil-konfront ta’ immigranti Afrikani. Maria Borg Vella qalet li dawn il-kummenti kattivi jweġġgħu ħafna anke għaliex hawn Maltin b’ġilda skura jew għax ġew adottati jew għax huma dixxendenti ta’ ġenitur mill-Afrika.

Sitt snin ilu, Maria Borg Vella kienet ferħana se ttir meta wara vjaġġ diffiċli flimkien ma’ żewġha Victor adottaw mill-Etiopja lil Criag u lil Victoria li llum għandhom seba’ snin. Maria qalet li tħossha qalbha sewda meta tinnota kummenti kattivi kemm fuq il-midja soċjali u anki minn ċerti nies fil-konfront ta’ nies ta’ ġilda skura, kummenti li jweġġgħu lilha u lill-uliedha.

“Ninkwieta iva, ma kontx naħseb li ninkwieta għax il-livell ta’ razziżmu laħaq livell intollerabbli, li tkun għaddejja fit-triq u ġenitur jgħidilhom waddbilhom tapp lit-tfal missejna l-qiegħ”.

Is-sinjura Borg Vella qalet li meta jkun hemm dan is-sentiment razzista, se jlaqqatha kulħadd, fosthom anke tfal adottati u wlied ta’ ġenituri Maltin u Afrikani.

“Nifhem ir-rabja ta’ nuqqas ta’ solidarjetà minn ħutna Ewropej, imma minn hemm li nkunu kattivi man-nies hemm baħar jaqsam”.

Is-sinjura Borg Vella qalet li minħabba lsien uħud min-nies, it-tfal tagħha ma tħosshomx aċċettati u tinkwieta bil-kummenti razzisti għax dawn se jkollhom konsegwenzi koroh fuq tfal Maltin li għandhom ġilda skura.

“Imbilli nirrabjaw wara screen u keyboard, aħna pajjiż ta’ immigranti, imma niftakru li kif aħna kellna pajjiż bla xogħol u morna pajjiżi oħra, ħaddieħor qed jispiċċa f’din is-sitwazzjoni, forsi nifhmuhom u ma nkunux kattivi”.

Is-sinjura Borg Vella li hija wkoll edukatur qed tittama li b’iktar programmi edukattivi fl-iskejjel, fix-xandir u l-midja soċjali, jgħinu biex fil-pajjiż jikber iktar fit-tolleranza.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Diversi żoni f’Malta illejla intfew, bil-għan li nsalvaw l-enerġija. Din l-inizjattiva, li hija waħda favur l-ambjent, kienet mifruxa mad-dinja, u ingħatat l-isem ta’ Earth Hour. F’Malta saret mill-NGO Żibel, u…

COVID-19

Ħames persuni nqabdu jiksru l-kwaraninta obbligatorja u ġew immultati tliet elef ewro kull wieħed. B’kollox saru 421 spezzjoni fl-aħħar 24 siegħa. Minn mindu bdew l-ispezzjonijiet, 40 persuna nqabdu jiksru l-kwarantina…

COVID-19

Intervistat fuq l-aħbarijiet ta’ Television Malta l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qal li l-Prim Ministru Robert Abela għal xi raġuni qiegħed jgħid li dan mhuwiex lockdown, meta fi kliemu, id-Deputat Prim…

COVID-19

Fi żmien ta’ ansjetà residenti ta’ triq fil-Fgura ħarġu bl-idea li jorganizzaw ċelebrazzjoni mużikali mill-gallariji biex iferrħu lil xulxin. U waqt li l-festi din is-sena mhux ser isiru, il-bandisti ta’…

Aktar