Barranin
Twelled is-sieħba tal-ewwel Prim Ministru mara fis-Serbja

Qed ikun meqjus l-ewwel każ tax-xorta tiegħu fl-istorja politika, dak tal-Prim Ministru tas-Serbja Ana Brnabic, li s-sieħba tagħha għadha kemm welldet tifel.

Brnabic, li għandha 43 sena, hija mhux biss l-ewwel Prim Ministru mara, imma wkoll l-ewwel persuna omosesswali f’din il-kariga. Iktar minn hekk, hija wkoll l-ewwel PM fis-Serbja li twelditlu tarbija waqt li kien qed jokkupa din il-kariga.

Brnabic saret PM tas-Serbja f’Ġunju 2017

Is-sieħba ta’ Brnabic, Milica Djurdjic, kellha t-tarbija permess tal-inseminazzjoni artifiċjali.

Is-Serbja huwa meqjus pajjiż konservattiv, fejn żwieġ jew unjonijiet bejn koppji tal-istess sess mhumiex rikonoxxuti, u koppji omosesswali ma jistgħux jaddottaw tfal.

Brnabic qed tiġi kkritikata minn attivisti għad-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ għaliex qed jintqal li mhux tagħmel biżżejjed biex tippromwovi l-kawża tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Raġel li tela’ mat-Torri Eiffel fi Franza llum waranofsinhar ħoloq paniku sħiħ, hekk kif it-torri nnifsu kellu jiġi evakwat u t-toroq tal-madwar ingħalqu. Qed jingħad li r-raġel daħal fit-torri b’mod…

Barranin

Il-President il-ġdid tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky, ħabbar elezzjoni Parlamentari bikrija waqt iċ-ċerimonja tal-ġurament tal-ħatra tiegħu. Fiċ-ċerimonja f’Kiev, il-President Zelensky qal li qed ixolji l-Parlament. Qal li l-prijorità ewlenija tiegħu hija li…

Barranin

Tfajla ta’ 19-il sena fl-Italja qed tinżamm arrestata wara li qatlet lil missierha ta’ 41 sena, li kellu storja twila ta’ vjolenza domestika. Il-qtil possibilment se jitqies bħala wieħed ta’…

Barranin

Ħafna mix-xorb mimli biz-zokkor ma tantx għandhom xi valur nutrittiv u fihom ħafna kaloriji.  Għaldaqstant għandhom effetti ħżiena fuq saħħet il-bniedem. Studju ġdid juri r-rabta li teżisti bejn ix-xorb mimli…

Aktar