Kurżitajiet
Twelled triplets minkejja li ħadet pillola biex ma tinqabadx tqila

Ingliża kellha triplets minkejja li kienet qed tieħu pillola li suppost kellha tkun kontraċettiv.  Hannah Donaghue ta’ 29 sena minn Northampton bdiet tieħu dawn il-pilloli 8 snin ilu wara li welldet l-ewwel tarbija tagħha.

Qatt ma kienet toħlom li bil-kontraċettiv ma kellhiex 100% garanzija li mhux se tinqabad tqila.  L-ewwel darba li kienet qed tistenna tarbija kellha 18-il sena, u kienet diġà bdiet tieħu dan il-kontraċettiv biex ma tinqabadx tqila.

F’intervista lill-ġurnal The Sun, Hannah qalet li l-għarus tagħha ma kienx lest biex isir missier u għalhekk rabbiet lit-tifla tagħha waħidha.  Wara hija ma kellhiex l-intenzjoni li terġa’ ssir omm.  Xahrejn wara sabet li kienet qed tistenna tarbija.

L-omm irrakkuntat li biddlet il-pillola u l-ammont kemm tieħu, iżda kollox kien għalxejn għax il-kontraċettiv ma ħadimx fuqha.  Hannah iddeċidiet li ma twaqqafx it-tqala tat-tieni tarbija tagħha u bl-appoġġ tal-familja rabbiet waħidha żewġt ibniet.

B’hekk ma baqgħetx tieħu din il-pillola sakemm ġarrbet xi problemi ta’ saħħa u kienet kostretta terġa’ tibda teħodha.  Għal Hannah il-kbir kien għadu ġej hekk kif reġgħet skopriet li hi tqila u din id-darba kienet qed tistenna triplets.

Is-sieħeb tagħha Ben, wara li ħa xokk meta sar jaf li Hannah kienet tqila bi triplets, iddeċieda li jassumi r-responsabilità u jieħu ħsieb lit-tliet itrabi, kif ukoll iż-żewġt ibniet tas-sieħba tiegħu.

Aħbarijiet Oħra
Brexit

Aktar ma jmur aktar qed tiżdied il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Ingliż Theresa May. Dan hekk kif qed jingħad li jista’ jirnexxilha tikseb aktar appoġġ fuq il-ftehim tagħha dwar Brexit jekk…

Barranin

Madwar 1,300 passiġġieri qed jiġu evakwati minn fuq vapur tal-cruises ‘il barra mill-kosta tal-punent tan-Norveġja. Il-Pulizija Norveġiża qalet li l-vapur kellu problemi fil-magna u għalhekk dawk kollha abbord qed jittellgħu…

Barranin

Anzjani fil-Kanada kellhom iktar minn sempliċi indiġestjoni wara ikla fiċ-ċentru tal-komunità tagħhom f’Whitestone. Uħud mill-anzjani kellhom jingħataw assistenza medika meta bdew iħossuhom storduti jew bdew jirremettu. Mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-anzjani kienu…

Barranin

L-attriċi Emilia Clarke, li tinterpreta l-parti tal-prinċipessa Daenerys Targaryen fis-serje televiżiva Game of Thrones, żvelat li kienet f’xifer il-mewt waqt li kienet qed tinġibed is-serje. Clarke, li għad għandha biss…

Aktar