Saħħa
TWISSIJA: Anke dawn il-prodotti jafu jkunu kontaminati

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva dan id-direttorat mill-kumpaniji involuti, il-prodotti msemmija kif ukoll dawk li ġew msemmija fis-6 ta’ Lulju 2018,  m’għandhomx jiġu kkunsmati minħabba li ma jistax jiġi eskluż li l-prodotti msemmija huma kkontaminati bil-mikrobu Listeria monocytogenes.

Ta’ min wieħed jiġbed l-attenzjoni li jekk il-prodotti jiġu msajra sew dan il-mikrobu jmut u għalhekk għalkemm Listeriosis hi marda serja, ir-riskju jonqos. Jekk wieħed jixtieq aktar informazzjoni dwar Listeria jista’ jżur is-sit http://www.who.int/mediacentre/factsheets/listeriosis/en/

Għal aktar informazzjoni l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected] Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Ddirettorat li jinsab f’Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.

Il-pubbliku ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.

Ara wkoll:

ATTENT: Tikolx dawn il-ħxejjex għax jista’ jkollhom mikrobu perikoluż

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Fl-Istati Uniti, l-awtoritajiet taw l-approvazzjoni tagħhom għall-mediċina ġdida li tfejjaq il-marda tal-malarja. Il-mediċina hija ddisinjata speċifikament għall-malarja kkawżata mill-parassita plasmodium vivax li tħalli mal-8.5 miljuni morda kull sena. Il-marda tal-malarja…

Annimali

Grupp ta’ għaddasa li niżlu jgħoddsu f’Wied il-Għasri u Reqqa Point f’Għawdex ġew wiċċ imb’wiċċ ma’ skart mhux tas-soltu mormi fil-baħar. L-għaddasa sabu għadd ta’ ġlud tal-fniek mormijin fil-baħar. Bil-kurrent,…

Temp

L-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed iwissi dwar riħ qawwi li se jaħkem il-gżejjer Maltin. Ir-riħ mit-Tramuntana għall-Majjistral ser ikun qawwi għal qawwi ħafna kultant fuq il-Gżejjer Maltin. Din…

Aktar