Ikel
TWISSIJA: Dan il-prodott m’għandux jiġi kkunsmat

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed iwissi li prodott tas-soy sauce tad-ditta Datu Puti m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli ta’ 3-MCPD iktar għoljin minn dak permess fil-liġi.

Isem tal-prodott: Soy Sauce
Ditta: Datu Puti
Volum: 750ml
Numru tal-lott: ME1117121
Dati tad-Durabbilita`: 17/10/2019, 17/03/2020; 17/04/2020

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar, jew jibgħat email fuq [email protected].

Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.

Il-pubbliku huwa ukoll ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.