Negozju
TWISSIJA: Dawn mhumiex ġugarelli għax tista’ tagħma bihom

Laser points ta’ din ix-xorta (ritratt) ma jistgħux jiġu impurtati u wisq inqas jinbiegħu mill-ħwienet lokali għax huma ipprojbiti.

Fi stqarrija, id-Diviżjoni għar-Regolamenti Tekniċi fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) qed tfakkar lill-importaturi u lill-bejjiegħa li l-prodotti laser pointers li qed jinbiegħu bħala ġugarelli, huma projbiti mis-suq.  Dan minħabba li huma ta’ riskju serju għall-konsumaturi u jistgħu jikkawżaw għama parzjali jew saħansitra permanenti.

Bejjiegħa li għandhom dawn il-prodotti għall-bejgħ huma meħtieġa li jneħħuhom b’effett immedjat u jibagħtuhom lura lill-fornitur tagħhom.  L-importaturi għandhom jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex dawn il-laser pointers jiġu rtirati mis-suq b’effett immedjat. Kull bejjiegħ jew importatur li jinstab li qed iqiegħed dawn il-laser pointers fuq is-suq se jkun responsabbli għal azzjoni legali.

Il-konsumaturi huma avżati wkoll biex ma jużawx dawn il-laser pointers u biex jirritornawhom għand il-bejjiegħ minn fejn xtrawhom.  Għal xi mistoqsijiet jew għal iktar informazzjoni wieħed jista’ jikkuntattja lill-MCCAA fuq 2395 2000 jew fuq [email protected].

Ara wkoll:

Tifel Ingliż kważi jagħma għal kollox b’laser point pen

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-Wasteserv bdiet il-proċess biex tkabbar il-faċilitajiet tagħha fil-Magħtab. Madwar għoxrin bidwi fl-inħawi li bejniethom għandhom madwar 250,000 metru kwadru ta’ raba’ ġew infurmati li l-Wasteserv qed tikkunsidra li tespropja din…

Kronaka

Raġel ta’ nazzjonalità barranija ġie arrestat wara li allegatament saq fuq uffiċjal tal-pulizija. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-17:30 fl-akkwati ta’ Buġibba u ġie arrestat ftit tal-ħin wara fil-Mellieħa. Aktar dettalji fil-ħin…

Lokali

Il-kumpanija Steward Health Care Malta ppreżentat lill-Awtorita tal-Ippjanar applikazzjoni ta’ żvilupp għall-Isptar San Luqa biex fi kliemha jerġa’ jingħata l-ħajja bħala sptar modern li jinkludi aċċessibiltà aħjar għall-ispazji miftuħin u…

Għawdex

Għadha attiva ħafna fuq l-aġenda tal-gvern l-idea li Malta jkollha sistema ta’ metro, tant li l-Ministru Ian Borg ikkonferma ma’ TVM li l-istudju dwar dan jinsab fl-aħħar fażi tiegħu u…

Aktar