Kronaka
Twissija dwar artikli qarrieqa li jimitaw siti tal-aħbarijiet Maltin

Il-Ministeru għall-Finanzi wissa lill-pubbliku biex jinjora artikli b’tagħrif fittizju li qed jixxerred fuq siti li jimitaw dawk tal-kmamar tal-aħbarijiet Maltin.

Dawn l-artikli qarrieqa qed jużaw ritratt tal-Ministru Edward Scicluna biex iħajru lill-pubbliku jinvesti l-flus fi skemi qarrieqa.

Il-Ministeru għall-Finanzi qal li ħa l-passi neċessarji u rrapporta dan il-każ lill-awtoritajiet konċernati.

Fl-istess waqt il-Ministeru għall-Finanzi appella biex qabel ma persuna tagħmel investiment finanzjarju, tivverifika jekk il-kumpanija li magħha qed tagħmel l-investiment hix liċenzjata.

Dawn l-artikli jingħarfu li huma foloz għaliex għalkemm jużaw l-isem u d-disinn ta’ siti tal-aħbarijiet Maltin, il-URL, li hija l-indirizz tal-artiklu, ma ġġorrx l-isem tal-kamra tal-aħbarijiet Maltija, iżda ta’ siti elettroniċi li jmexxu dawn l-iscams.

Dawn is-siti b’tagħrif falz jinkludu greenviralz.com u goteglobalized.com.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) qed tħeġġeġ lill-pubbliku sabiex ikun iddixiplinat u jsegwi l-pariri tal-esperti mediċi biss. Fi stqarrrija l-MAM esprimiet tħassib dwar il-proposti tal-Prim Ministru li qalet huma mingħajr bażi…

Kultura

Ir-restawr fuq l-ikbar esebit fil-Mużew Marittimu lest. Il-Pulena, li għamlet żmienha fuq il-pruwa tal-HMS Hibernia, reġgħet lura għall-glorja tagħha. Għalissa fis-skiet għaliex il-pandemija għalqet il-bibien tal-mużewijiet, imma la jerġgħu jiftħu…

Stejjer Umani

Sentejn ilu waqa’ għall-vizzju tad-droga għax tilef lill-ommu u sofra minn sfidi mentali, iżda issa ddeċieda li jidħol għall-programm tal-Caritas biex ikun jista’ jerġa’ jgħannaq lil familtu u jgħin persuni…

Aktar