Barranin
Twissija dwar nuqqas ta’ condoms fix-xhur li ġejjin

Il-Covid-19 jidher li jista’ jkun qed jaffettwa wkoll is-saħħa sesswali, anki jekk b’mod indirett.

In-Nazzjonijiet Magħquda qalet li bħalissa qed jirnexxielha takkwista biss nofs l-ammont ta’ kontraċettivi li għandha bżonn.

Dan kien ikkonfermat mill-ikbar produttur tal-condoms fid-dinja. Il-kumpanija Karex, ibbażata fil-Malasja, qalet li l-produzzjoni tagħha tħarbtet minħabba li l-pajjiż jinsab taħt lockdown.

Il-Karex tipproduċi wieħed minn kull ħames condoms fid-dinja, bis-sid tal-kumpanija, Goh Miah Kiat, jgħid li fix-xhur li ġejjin żgur se jkun esperjenzat nuqqas.

L-aġenzija tas-saħħa sesswali fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda qed twissi li dan in-nuqqas, kif ukoll nuqqas ta’ kull kontraċettiv ieħor, jista’ jżid it-tqala mhux mixtieqa, b’konsegwenzi fuq tfajliet adolexxenti u l-familji tagħhom.

Dan minbarra r-risjku ta’ żieda ta’ mard trażmess sesswalment u aborti li ma jsirux b’mod sigur.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Black Lives Matter sar moviment li nxtered madwar id-dinja fi ftit jiem wara l-mewt ta’ George Floyd, raġel iswed li nqatel f’Minneapolis fl-Istati Uniti minn pulizija abjad fil-25 ta’ Mejju….

COVID-19

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa bidlet il-pariri tagħha dwar il-maskri u issa qed tgħid li dawn għandhom jintlibsu dejjem fil-pubbliku biex jonqos ir-riskju tat-tixrid tal-coronavirus. Il-WHO sostniet li informazzjoni ġdida turi li…

Televiżjoni u Radju

‘Sibtek’ illum jissokta bi programm varjat u ppakkjat ġmielu bil-għan li jżomm kumpanija mill-aqwa lill-pubbliku. Fost l-oħrajn, it-tim ta’ Sibtek se jieħu lit-telespettaturi dawra ma’ waħda mill-binjiet ta’ Inspire. Liema…

Aktar