Kronaka
Twissija dwar persuni li qed jitolbu l-flus fuq l-ilbies tal-maskri

Il-Pulizija wissiet dwar persuni li qed iwaqqfu lin-nies fit-triq u jġiegħluhom iħallsu “multa” talli ma jkunux lebsin il-maskra.

Fi stqarrija fuq il-midja soċjali l-Pulizija ċċarat li ħadd ma jintalab iħallas multa fuq il-post meta jinqabad bla maskra jew meta ma jkunx liebes il-maskra kif suppost.

Kull min jiġi mwaqqaf u mitlub iħallas il-flus huwa mħeġġeġ jirrapporta l-każ fl-eqreb għassa jew fuq in-numru 119.

Iċ-ċitazzjonijiet jitħallsu biss fuq is-sit les.gov.mt jew fil-kunsilli lokali wara s-smigħ tas-seduta tat-tribunal.