Lokali
Twissija dwar ħaddiem li m’għamilx xogħol ta’ restawr skont is-sengħa

L-Aġent Direttur Ġenerali għall-Affarijiet tal-Konsumatur qed iwissi b’ħaddiem tas-sengħa li ma tax servizz xieraq fi proprjetà li kienet qed tiġi rrestawrata, u naqas milli jikkumpensa lill-klijent.

Il-pubbliku qed jiġi mgħarraf li s-Sur Frans Camilleri bil-karta tal-identità numru 472061(M) m’onorax id-deċiżjoni mogħtija mit-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi, li permezz tagħha ġie ordnat iħallas lil klijent tiegħu €2,650.

Din is-somma tirrappreżenta depożitu għal xogħol li ma kienx sar skont is-sengħa u l-arti fil-proprjetà tal-istess konsumatur f’Ħal Qormi.

Skont is-sentenza mogħtija mit-Tribunal, is-Sur Camilleri kien imqabbad biex jagħmel xogħlijiet fuq aperturi u fuq faċċata ta’ dar antika, bil-klijenti li kienu se jkopru l-ispejjeż permezz tal-iskema tal-Gvern ‘Irrestawra Darek’.