X

Twissija fl-Awstralja wara li l-frawli nstab bil-labar ġo fih

L-awtoritajiet Awstraljani ħarġu twissija biex ma jittikilx frawli li nxtara kmieni l-ġimgħa li għaddiet, wara li raġel spiċċa l-isptar meta bela’ labra.

Il-labra tal-ħjata kienet imdaħħla fil-frawli tal-katina tas-supermarkets Woolworths, u diversi konsensji oħra ta’ frawli li ġew iċċekkjati nstab li kellhom minn dawn il-labar ukoll.

Il-frawli affetwat huwa mifhum li ġej minn razzett fi Queensland. Għalkemm s’issa hemm biss żewġ ditti li nstabulhom il-labar, l-awtoritajiet qed iwissu lill-konsumaturi fi Queensland, Victoria u New South Wales biex jarmu l-frawli kollu bħala prekawzjoni.