Lokali
Twissija mill-MFSA dwar frodisti li qed iqarrqu bin-nies għall-flus

L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (l-MFSA) tixtieq tavża lill-pubbliku dwar entità li għandha preżenza fuq l-internet bis-sit elettroniku http://aqa.capital/ u li b’mod qarrieqi qegħda tgħid li hi assoċjata ma’ entità regolata u liċenzjata.

Individwi frodisti qiegħdin jużaw id-dettalji ta’ entità ġenwina biex iqarrqu bil-pubbliku f’Malta u barra minn Malta.

L-MFSA tixtieq tavża lill-pubbliku li http://aqa.capital/ issostni li għandha preżenza f’Malta, iżda l-MFSA taħseb li din ir-rappreżentazzjoni hija falza. L-MFSA tikkonferma li http://aqa.capital/ mhix assoċjata mal-kumpanija liċenzjata u awtoriżżata AQA Capital Ltd (C70143), li hija kumpanija bbażata f’Malta u li għandha l-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat ġewwa 171, Old Bakery Street, Valletta.

L-MFSA tikkonferma li http://aqa.capital/ hija klonu ta’ entità leġittima u għaldaqstant, il-pubbliku m’għandhux jidħol f’negozju jew transazzjonijiet mal-entità qarrieqa.

L-MFSA tappella lill-konsumaturi tas-servizzi finanzjarji biex qabel ma jidħlu fi transazzjoni ta’ servizzi finanzjarji jaċċertaw lilhom infushom li l-entità li magħha qed issir it-transazzjoni hija awtoriżżata li tipprovdi dawk is-servizzi mill-MFSA jew minn xi regolatur ieħor tas-servizzi finanzjarji kif applikabbli.

Investituri għandhom jaġixxu b’kawtela massima meta jsirulhom offerti ta’ servizzi finanzjarji b’metodi mhux konvenzjonali bħal telefonati jew permeżż tal-medja soċjali.

Lista ta’ entitajiet liċenzjati mill-MFSA hija disponibbli mingħand l-MFSA u tista’ tiġi aċċessata minn fuq is-sit uffiċjali tal-MFSA fuq http://www.mfsa.com.mt/pages/licenceholders.aspx.

Aħbarijiet Oħra
Droga

Uffiċjali tad-Dwana rnexxielhom isibu kwantita’ kbira ta’ droga kokaina. Is-sejba saret dalgħodu f’4 kontejners waqt ħidma li saret mid-Dwana fil-Port Ħieles. Fi stqarrija, id-Dwana qalet li wara li ġew skenjati…

Saħħa

Huma fost l-aktar annimali li l-bniedem jistkerraħ u possibilment bl-akbar appoġġ li jigu vvalenati. Dawn huma l-ġrieden u l-firien li hu pruvat li jistgħu jkunu ta’ theddida għas-saħħa pubbliku għax…

Internet

Bosta mis-siti elettroniċi tal-Gvern għad m’għandhomx verżjoni bil-Malti jew m’għandhomx l-informazzjoni kollha bil-Malti wkoll. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti qajjem dan il-punt mal-awtoritajiet iżda s-sitwazzjonijiet ma nbidlitx. Għalkemm l-ilsien Malti hu…

Infrastruttura

Sittin fil-mija tal-ilma li jasal fid-djar tal-Maltin ġej mill-impjanti ta’ desalinizzazzjoni. F’intervista ma’ TVM, il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, Richard Bilocca spjega li l-pjan tal-korporazzjoni hu li dan jiżdied biex…

Aktar