Sigurtà
TWISSIJA – Min jiġi jaqra l-meter irid ikun liebes hekk

Il-kumpanija ARMS iċċarat li l-ħaddiema tagħha li jintbgħatu jaqraw il-meters tad-dawl u l-ilma jridu jkunu lebsin l-uniformi kif tidher fir-ritratt.

TVM infurmat li fl-aħħar ġimgħat xi residenti esprimew tħassib dwar persuni suspettużi li kienu qed iħabbtu l-bibien u jitlobu li jidħlu ġewwa biex jaqraw il-meter.

L-ARMS qalet li l-uniformi tal-impjegati li jkunu qed jaqraw il-meters tikkonsisti f’polo shirt blu bil-logo tal-ARMS Ltd, u ‘bib’ safra bil-logo tal-ARMS li jkollha ‘Meter Reader’ miktuba fuqha.

Kull ħaddiem għandu jkollu wkoll ‘tag’ li jkun jista’ jidentifika ruħu biha, u li fuqha jkollha wkoll ritratt tal-ħaddiem.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Bdiet tieħu l-forma triq ġdida, li skont il-pjani ta’ Infrastructure Malta, sa erba’ xhur oħra se tkun tista’ tibda tintuża mill-eluf ta’ vetturi li mill-Imrieħel jitilgħu ‘l fuq, lejn ir-Rabat…

Safar

Wara li tard ilbieraħ il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli ħabbret li l-Maltin se jkunu jistgħu jżuru 19-il pajjiż meta l-ajruport jerġa’ jibda jopera titjiriet normali mill-1 ta’ Lulju, illum il-Prim…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, qalet li s-sitwazzjoni tal-Covid-19 kienet ikkontrollata f’Malta, fejn għalkemm ħafna nies inżammu d-dar iżda tpoġġew fi kwarantina. Semmiet il-fatt li l-RT erġajna niżżilniha, u din…

COVID-19

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-pajjiż rebaħ il-gwerra kontra l-Covid-19. F’konferenza tal-aħbarijiet Dr Fearne qal li ma jfissirx li għax pajjiżi oħra għadhom fil-gwerra, Malta…

Aktar