Barranin
Twissija minn Iżrael dwar il-mexxej Iranjan ġdid

Iżrael wissew dwar l-president elett Iranjan ġdid, Ebrahim Raisi, u qalu li l-komunita’ internazzjonali għandha tkun mħassba dwaru.

Kelliem għall-ministeru tal-affarijiet barranin Iranjan, Lior Haiat, qal li Raisi huwa l-iżjed president estremist Iranjan fl-istorja u wissa li l-mexxej ġdid x’aktarx se jżid l-attivitajiet nukleari.

Raisi kien iddikjarat bħala l-mexxej tal-elezzjonijiet Iranjani nhar is-Sibt, f’tellieqa li osservaturi qalu li kienet magħġuna b’mod li tiffavorixxi l-ħatra tiegħu.

Raisi li se jinħatar president f’Awwissu huwa l-imħallef ewlieni Iranjan u jħaddan twemmin ultra konservattiv, huwa suġġett ta’ sanzjonijiet Amerikani u għandu konnessjonijiet mal-qtil ta’ priġunieri politiċi.

Fi stqarrija wara r-rebħa, huwa wiegħed li se jsaħħaħ il-fiduċja fil-gvern u li se jkun mexxej għall-poplu kollu.