Barranin
Twissija oħra għal Venezja

F’Venezja ħarġet twissija oħra għal għada hekk kif il-livell tal-ilma mistanni jaqbeż il-metru u nof. Tħabbar li l-pagamenti li r-residenti ta’ Venezja jħallsu għad-djar tagħhom se jiġu sospiżi għal sena bil-għan li jkunu jistgħu jlaħħqu mal-ispejjeż. Is-Sindku ta’ Venezja Luigi Brugnaro qal li l-ħsarat jaqbżu l-biljun ewro. Sadanittant, minħabba l-livell għoli tal-ilma, għada l-Ħadd, mhux se jiġu ċelebrati quddies fil-Bażilika ta’ San Mark u fi knejjes oħra ta’ Venezja.

Numru ta’ voluntiera ħadu ħsieb li jiġbru u jsalvaw mijiet ta’ manuskritti tal-mużika antiki ħafna u kotba mill-konservatorju tal-mużika Benedetto Marcello.

Fi żvilupp ieħor, il-Prim Ministru tal-Italja Giuseppe Conte ta kelmtu li se jiġi konkluż il-proġett kontra l-għargħar f’Venezja imsejjaħ MOSE, li ġie ddisinjat fl-1984.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fl-Istati Uniti l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Nancy Pelosi, aċċettat li jibdew proċeduri ta’ impeachment kontra l-President Amerikan Donald Trump, li allegatament ser ikun akkużat b’abbuż ta’ poter. “The facts are uncontested….

Barranin

Baħri tan-Navy Amerikana spara u qatel żewġ ħaddiema, qabel dawwar il-pistola fuqu nnifsu u ħa ħajtu b’idu. Il-każ seħħ bil-bażi militari Amerikana f’Pearl Harbor f’Honolulu, fil-Hawaii, nhar l-Erbgħa li għadda….

Barranin

Franza llum tinsab wieqfa b’dak li huwa kkunsidrat bħala l-ikbar strajk ġenerali fi kważi 25 sena, u f’dan l-istadju mhux magħruf meta se jintemm. Miljuni ta’ ħaddiema huma mistennija jistrajkjaw…

Barranin

Mara ta’ 23 sena fl-Indja tinsab f’qagħda kritika, wara li ngħatat in-nar meta kienet fi triqtha għall-Qorti. It-tfajla kienet se tattendi seduta tal-Qorti f’Uttar Pradesh, li matulha żewġt irġiel qed…

Aktar