Temp
Twissija ta’ maltempata qawwija

Skont is-sit Maltese Islands Weather illum taf tagħmel maltempata qawwija.

Fuq is-sit tagħhom, huma qalu li t-theddida mill-maltemp jidher li se tkun l-aktar fil-forma ta’ xi żewġ maltempati qawwijin. Din it-twissija se tkun fis-seħħ mis-2pm sa 12pm t’għada.

Spjegaw li firxa ta’ pressjoni baxxa fuq il-Golf ta’ Gabes se timbotta massa ta’ arja instabbli lejn iċ-ċentru tal-Mediterran. Hekk kif tiġi f’kuntatt mal-baħar sħun li hawn madwarna, din il-massa ta’ arja instabbli se tkun qed tintensifika u mistennija tiżviluppa diversi ħalbiet tax-xita u maltempati bir-ragħad. Ħalbiet iżolati tax-xita huma possibbli l-ħin kollu sa għada fit-tard. Dawn jistgħu jkunu qawwijin u bir-ragħad għal ftit ħin.

Il-baħar sħun madwarna se jwassal biex il-ħalbiet tax-xita u maltempati bir-ragħad jilħqu l-aqwa tagħhom fuq il-baħar bejn it-Tuneżija, Sqallija u l-Gżejjer Maltin. Għaldaqsant skont is-sit Maltese Islands Weather sa żewġ maltempati jistgħu jaħkmu lill-Gżejjer Maltin. Intqal li wieħed jistenna xita qawwija jew torrenzjali, riħ qawwi ħafna u silġ għal xi ħin jekk tmissna xi maltempata.

Is-sit Maltese Islands Weather temm jgħid li s-sitwazzjoni se taqleb għal aħjar għada waranofsinhar.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Żewġ xufiera ta’ coach inżammu arrestati fuq akkużi li kellhom x’jaqsmu sesswalment ma’ tifla ta’ 15-il sena li kienu jwassluha l-iskola. Il-Qorti semgħet kif Nidhin Eldhose ta’ 32 sena u…

Kostruzzjoni

Il-Gvern qed jikkunsidra diversi alternattivi għall-isfida tal-iskart tal-kostruzzjoni. Il-Prim Ministru Joseph Muscat insista li fl-immedjat, l-industrija tal-kostruzzjoni trid terfa’ r-responsabbiltà tagħha. Żied jgħid li jridu jinstabu soluzzjonijiet aktar fit-tul fost…

Qorti

Il-mara mis-Serbja li iktar kmieni din is-sena nstabet ħatja li ħaqret żewġ anzjani sakemm mietu, kellha l-piena ta’ ħabs imnaqqsa mill-Qorti tal-Appell. F’April li għadda Dragana Mijalkovic kienet ikkundannata ħames…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, appella lill-Gvern biex jgħin bi kwalunkwe mod possibbli biex itaffi xi ftit mill-piżijiet finanzjarji meħtieġa biex jitmexxa s-santwarju tal-Arka ta’ Noe fil-Mellieħa fejn…

Aktar