Temp
Twissija ta’ riħ qawwi

L-Uffiċċju Meteoroloġiku ta’ Malta qed iwissi b’riħ qawwi.

Ir-riħ mill-Majjistral, li jdur mill-Punent Majjistru ser ikun qawwi għal qawwi ħafna fuq il-Gżejjer Maltin.

Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sas-Sibt fl-10 a.m. u terġa’ tiġġedded.

It-tbassir tat-temp għas-Sibt, 26 ta’ Settembru 2020 mistenni jkun ftit jew wisq imsaħħab b’viżibilità tajba.

Il-baħar mistenni jkun qawwi għal qawwi ħafna, li jsir qawwi ħafna. L-imbatt, baxx mill-Majjistral li jsir baxx għal moderat.