Lokali
Twissija ta’ riħ qawwi

L-Uffiċċju Meterjoloġiku ta’ Malta ħareġ twissija ta’ riħ qawwi.

Ir-riħ mill-Punent Majjistru se jkun qawwi f’xi waqtiet fuq il-Gżejjer Maltin.

Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sal-10pm tal-lejla.

Intant, aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Malta Red Cross wissiet lill-pubbliku biex sal-lum jevita sitt żoni ewlenin sinonimi mal-għawm u t-tbaħħir fil-Punent ta’ gżiritina minħabba riħ qawwi.