Internet
Twissija: Temminx reklami qarrieqa li fihom jidher Davide Tucci

L-attur Malti Davide Tucci qed iwissi lill-pubbliku dwar scammers li qed jużaw wiċċu fuq reklami qarrieqa biex jisolħu l-flus minn fuq dawk li jaqgħu għal-lixka tagħhom.

Tucci qal li wiċċu u ismu kienu qed jintużaw fi scam relatata mal-Bitcoin, b’reklami li qed jixxerdu fuq Facebook. Huwa sostna li m’għandu xejn x’jaqsam ma’ din l-intrapriża, li qed ixxerred informazzjoni falza dwaru.

Fost oħrajn qed ikun allegat li Tucci kien finanzjarjament fallut u li sar miljunarju permezz ta’ din l-iskema, li tħajrek “tinvesti” €250, li suppost irendulek lura iktar flus.

Tucci qal li mhux se jħalli wiċċu u ismu jintuża biex ikunu ffrodati n-nies, u li qed jirrapporta l-każ lill-Pulizija. Huwa ħeġġeġ lil kull min jara dawn ir-reklami biex jirrapportahom lil Facebook.

Tucci huwa attur, fost oħrajn, fis-serje televiżiva L-Għarusa li tixxandar fuq TVM.

Fake Facebook Ads, Articles in relation to Bankruptcy and Bitcoin Trading.

Please Share and Tag your friends below. Trying to raise awareness:It came to my attention this morning that my image and name are being used in connection with a Bitcoin related scam in the form of fake Facebook advertisements, websites and fake articles. Please note I have nothing whatsoever to do with this, I have never engaged in such tradings, never did I authorise or approve of such material being published or advertised. This is clearly a scam and click-bait, please don’t buy into this. The allegations of bankruptcy particularly are very serious – and I intend to take this seriously by reporting the case to The Malta Police Force’s Cybercrime unit. I have worked really hard throughout the years to get to where I am now and I won’t let my name and image to be used for any form of scam or dishonesty. Thank you to my neighbourhood watch, both friends and fans who have reported this matter to me both personally and on Facebook – it means a lot to have your support. If you see these ads, kindly screenshot and report to Facebook. I will try to keep you updated.

Gepostet von Davide Tucci am Mittwoch, 9. Januar 2019

Aġġornat: F’dawn l-artikli qarrieqa qed jissemmew ukoll Elaine Degiorgio u Wayne Sammut b’rabta mal-programm ONE Breakfast. Dawn ukoll ċaħdu li huma involuti f’din l-iscam.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Studenti u żgħażagħ Għawdxin ta’ bejn is-16 u l-20 sena jistgħu jerġgħu japplikaw għall-iskema ‘work trial scheme for youths’ li permezz tagħha jgawdu minn ħlas ta’ €85 fil-ġimgħa għal total…

Qorti

Raġel ta’ 28 sena mix-Xagħra tressaq il-Qorti akkużat li f’diversi ġranet bejn il-15 u s-17 ta’ Ġunju 2019, f’diversi postijiet ġewwa l-gżira t’Għawdex, hedded, żamm persuna kontra l-volontà tagħha, u kiser…

Qorti

Joel Portelli ta’ 28 sena mir-Rabat Għawdex kien illiberat wara li kien akkużat li f’Awwissu 2017 ħebb għal martu u kkaġunalha feriti gravi. Kien akkużat ukoll li insulenta u hedded…

Lokali

Transport Malta ffirmat Memorandum of Understanding mal-Awtorità tas-sistemi tal-port fl-ibħra tal-Lvant ta’ Sqallija. L-għan tal-ftehim iffirmat huwa li tissaħħaħ ir-relazzjoni bejn iż-żewġ partijiet, peress li huma t-tnejn responsabbli mill-portijiet rispettivi…

Aktar