
Konsumatur
TWISSIJA: Tikkunsmax dan il-prodott
Id-Direttorat għas-Saħħa qed jinforma lill-pubbliku li l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibbiltà ta’ livell għoli tal-additiv propylene glycol (E1520).
Prodott: | Energy Drink |
Ditta: | Monster Lewis Hamilton |
Piż: | 500ml |
Data tad-durabbilità: | Id-dati kollha |
Lott: | Il-lottijiet kollha |
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.
PR210067en