Konsumatur
TWISSIJA: Tikkunsmax dan il-prodott

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed javża lill-pubbliku li dan l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-preżenza ta’ addittiv mhux awtorizzat li jintuża fit-tali prodott u li jista jwassal għal riskju ta’ soffokazzjoni.

Deskrizzjoni tal-prodott: Borża tal-plastik b’kontenituri bil-ġelatina bit-togħmiet tal-frott differenti
Isem tal-prodott: Fruitery Jelly Assorted
Oriġini: Taiwan
Ditta: ABC
Użin: Pakkett ta’ 285g

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected].

Il-pubbliku huwa mistieden ukoll iżur il-paġna tal-Facebook tal-istess Direttorat fuq https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-DirectorateMalta/145027878928626?ref=hl jew iżur is-sit uffiċjali għal informazzjoni simili. https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx