Konsumatur
TWISSIJA: Tikolx dan il-prodott jekk int intolleranti għall-ħalib

Id-Direttorat għas-Saħħa Pubblika, iwissi lill-pubbliku li l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni allerġiċi/intolleranti għall-ħalib, minħabba li nstab li fih ingredjent tal-ħalib li mhuwiex iddikjarat fuq it-tikketta.

Deskrizzjoni tal-prodott: Salame Classico

Ditta: Fiorucci

Numri tal-lott u dati tad-durabbilita`: 9050196000, jiskadi 13/10/2019

9050224000, jiskadi 10/11/2019

9050233000, jiskadi 19/11/2019

9050246001, jiskadi 02/12/2019

Oriġini: Italja

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected]. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.

Aħbarijiet Oħra
Għawdex

“In-nannu dejjem kien jgħidli li l-baħar tad-Dwejra hu l-isbaħ baħar li hawn fil-Mediterran u llum dan nista’ nikkonfermah” Annie Formosa hi l-kuratriċi ta’ ċentru ta’ edukazzjoni ambjentali dwar il-baħar li…

Lokali

Il-ġmiel ta’ pitturi li jiksu l-ħitan tal-kappella privata f’Palazzo De La Salle, li jinsab fil-parti t’isfel ta’ Triq ir-Repubblika, il-Belt, jistgħu jerġgħu jiġu apprezzati mill-pubbliku hekk kif tlesta r-restawr tagħhom….

Għawdex

Waqa’ fil-muta l-arloġġ taċ-Ċittadella f’Għawdex. Il-mekkaniżmu tal-arloġġ li għandu kważi mitejn u ħamsin sena żżarma minn postu u qed jiġi restawrat għand kumpanija ta’ arluġġara f’Għawdex stess. Il-mekkaniżmu mistenni jitreġġa’…

Kunsilli Lokali

Is-Sindki ltaqgħu madwar mejda biex jiddiskutu l-viżjoni tagħhom għall-erba’ snin li ġejjin. Matul il-laqgħa, diversi sindki qajmu kwistjonijiet li qed jiffaċċjaw li qalu qed ixekkluhom milli jħarsu fit-tul. Il-viżjoni, li…

Aktar