Ikel
Twissija: Tikolx minn din iz-zalza għax jaf fiha l-frak tal-ħġieġ

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed iwissi lill-pubbliku biex ma jikkunsmax minn dan il-prodott.

Dan minħabba li dan il-vażett biz-zalza tal-ħaxix jista’ jkun li fih frak tal-ħġieġ.

Il-prodott jismu Sugo alle verdura tad-ditta Carrefour Bio, b’piż ta’ 350g u data tad-durabbilità 26.10.2022.