Lokali
Twissija: Tikolx minn din l-għaġina b’varjetà ta’ mili

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed javża lill-pubbliku biex ma jikolx mill-għaġina puff b’varjetà ta’ mili tad-ditta Deluxe.

Dan, minħabba li fil-pakkett ta’ 965 gramma jista’ jkun hemm livell għoli ta’ kimika Ethylene Oxide f’wieħed mill-ingredjenti użati.

Min jixtieq jikseb aktar informazzjoni jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 21337333 bejn it-8am u s-2.30pm jew jibgħat email fuq [email protected]