Ikel
Twissija: Tixrobx lanqas minn dan l-‘energy drink’

Wara li x-xahar li f’ Jannar għadda d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali wissa lill-pubbliku biex ma jixrobx l-energy drink bl-isem Monster Lewis Hamilton (bott aħmar), issa d-Direttorat qed javża li lanqas il-Monster Ripper Energy and Juice (bott isfar) m’għandu jinxtorob.

Dan minħabba li bħal ta’ qablu, dan il-prodott jista’ jkun fih livell għoli tal-addittiv propylene glycol (E1520).

Il-prodott huwa Energy Drink tad-dittà Monster bl-isem Ripper Energy + Juice, b’piż ta’ 500ml u bid-dati tad-durabilità u lottijiet kollha.

Ara wkoll:

TWISSIJA: Tikkunsmax dan il-prodott