Konsumatur
TWISSIJA: Tużax dan il-prodott

Sejħa lura: Ġakketta tas-Salvataġġ ‘TRIBORD’

L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) qed tgħarraf lill-pubbliku dwar sejħa li għamel il-manifattur tal-ġakketta tas-salvataġġ ‘TRIBORD’.

Dan wara li xi ċilindri tal-ġakketta tas-salvataġġ jistgħu jkunu vojta u għalhekk ikun impossibbli li din tintefaħ u taqdi l-funzjoni ewlenija tagħha. B’riżultat ta’ dan, il-prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti tad-Direttiva dwar it-Tagħmir Protettiv Personali.

Konsumaturi li xtraw dan il-prodott huma mitluba jieqfu jużaw dan il-prodott immedjatament u jirritornawh lura minn fejn xtrawh. Skont il-liġi, il-bejjiegħa huma obbligati li joffru rimedju lill-konsumaturi li jirritornaw dawn il-prodotti lura.

L-Isem tal-prodott huwa LJ150 NEW flwaqt li n-numru tal-mudell huwa 8491769 bil-Barcode: 3608459556665.

Għal aktar informazzjoni jew mistoqsijiet oħra, tista’ tikkuntattja lill-MCCAA fuq [email protected].