Konsumatur
TWISSIJA: Tużax dan il-prodott tat-trabi

Id-Direttorat għas-Saħħa Pubblika qed iwissi lill-pubbliku biex ma jużax l-imsemmi prodott minħabba riskju ta’ melamina mill-materjal li bih huwa magħmul.

Deskrizzjoni tal-prodott: Sett tal-ikel għat-tfal ta’ 4 biċċiet (jikkonsisti minn kuċċarina, skutella, kikkra u platt)
Ditta: Vulli – Sophie La Giraffe
Numru tal-lott: BN 897275
Oriġini: Ċina

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected]

Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.

Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook  jew is-sit uffiċjali fuq  għal informazzjoni simili.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Waqt li hemm stennija għall-azzjonijiet li se jittieħdu mill-Gvern wara l-konsultazzjoni pubblika li saret fuq it-traffikar uman u l-prostituzzjoni, stħarriġ mill-programm INSIGHTS li jixxandar illejla fuq TVM, wera li l-prostituzzjoni…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li min qed jinvestiga l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia għandu jkollu l-kuraġġ jasal sal-aħħar għax warajh se jsib l-appoġġ u d-difiża ta’…

Agrikultura

Skola fiż-żona “Taż-Żokrija” fil-Mosta li tifforma parti mill-Kulleġġ Maria Reġina għandha ċentru mnejn toffri lill-istudenti fl-aħħar tliet snin tas-sekondarja tagħlim fuq l-agrikoltura u t-trobbija tal-annimali. Mifrux fuq erbat elef u…

Aktar