Konsumatur
TWISSIJA: Tużax dan il-prodott

Id-Direttorat għas-Saħħa Pubblika qed iwissi lill-pubbliku biex ma jużax dan il-prodott minħabba l-melamina li qed terħi mill-materjal li bih huma magħmulin dawn il-prodotti fl-ikel.

Deskrizzjoni tal-prodott: Sett tal-ikel għat-tfal ta’ 5 biċċiet (jikkonsisti minn furketta, kuċċarina, tazza, skutella u platt)

Ditta: Noukie’s

Numru tal-lott: BB1910.78

Numru tal-barcode: 5413042047127

Oriġini: Ċina

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected]

Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat li jinsab f’Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.

Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook  jew is-sit uffiċjali fuq għal informazzjoni simili.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg ħatar lill-Eks Kummissarju Ewropew Karmenu Vella bħala Konsulent dwar l-Avjazzjoni. Il-Ministru Ian Borg qal li Karmenu Vella għandu esperjenza vasta f’diversi setturi…

Lokali

B’investiment ta’ €4.2 miljun il-korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir bdiet il-proġett ta’ restawr tal-Ġnien tal-Mall fil-Floriana, li jinkludi fih 7,500 metru kwadru ta’ pavimentar ġdid. Il-Ministru għall-Infrastuttura u Proġetti Kapitali Ian Borg qal li…

Lokali

Peter, il-kelb tad-Dwana, irnexxielu jaqbad €16,500 flus kontanti mhux iddikjarati fuq passiġġier li kien sejjer Istanbul, fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Fi stqarrija, id-Dwana qalet li waqt l-iskrinjar tal-passiġġieri li kienu se…

Annimali

L-għaqda Nature Trust ħabbret li dalgħodu faqqsu 11-il fekruna oħra fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra. Huma faqqsu li l-lejl ta’ qabel kienu diġà faqqsu 62 fekruna, fl-istess bajja. B’hekk issa b’kollox faqqsu 73…

Aktar