Barranin
U-turn minn Trump – mhux se jiġu separati iktar tfal immigranti mill-ġenituri

Il-President Amerikan  Donald Trump irreveda d-deċiżjoni li tfal immigranti jinfirdu minn mal-ġenituri tagħhom fil-fruntiera bejn l-Istati Uniti u l-Messiku.

Huwa ffirma ordni eżekuttiva biex iwaqqaf dan milli jkompli jseħħ u l-ġenituri u t-tfal tagħhom jibqgħu flimkien.  Trump biddel ħsiebu wara pressjoni kbira li saritlu kemm minn politiċi lokali u barranin, kif ukoll mill-kamp reliġjuż għall-mod kif kienu qed jiġu trattati t-tfal.

Kienu bosta l-mezzi tax-xandir li xandru l-biki tat-tfal li qasam qalb dawk li semgħuh meta kienu qed jinfirdu minn mal-ġenituri u jitpoġġew fil-ġaġeġ.

Ara wkoll:

Jifirduhom u jżommu lit-tfal ġo gaġeġ

Tfal jibku wara li sfaw mifruda mill-ġenituri tagħhom