Kronaka
Uffiċjal tas-sigurtà ferut waqt serqa minn ħanut f’Birkirkara

Uffiċjal tas-sigurtà sofra xi ġrieħi waqt attentat ta’ serqa minn ħanut f’Birkirkara. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.10pm fil-ħanut tal-Eurosport fi Triq Salvu Psaila.

Huwa mifhum li l-uffiċjal tas-sigurtà, raġel ta’ 46 sena mill-Qrendi, waqqaf żewġt irġiel li kienu qed jippruvaw jisirqu xi ħwejjeġ.

Waqt li kien qed iżommhom sakemm issejħu l-Pulizija, l-irġiel aggredewh u ħarbu minn fuq il-post. Il-ħaddiem ingħata l-kura f’ċentru tas-saħħa.

TVM infurmat li l-Pulizija għaddejja bi tfittxija għaż-żewġ persuni, anki bl-għajnuna ta’ filmati tas-sigurtà.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Waqt li hemm stennija għall-azzjonijiet li se jittieħdu mill-Gvern wara l-konsultazzjoni pubblika li saret fuq it-traffikar uman u l-prostituzzjoni, stħarriġ mill-programm INSIGHTS li jixxandar illejla fuq TVM, wera li l-prostituzzjoni…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li min qed jinvestiga l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia għandu jkollu l-kuraġġ jasal sal-aħħar għax warajh se jsib l-appoġġ u d-difiża ta’…

Agrikultura

Skola fiż-żona “Taż-Żokrija” fil-Mosta li tifforma parti mill-Kulleġġ Maria Reġina għandha ċentru mnejn toffri lill-istudenti fl-aħħar tliet snin tas-sekondarja tagħlim fuq l-agrikoltura u t-trobbija tal-annimali. Mifrux fuq erbat elef u…

Aktar