Barranin
Uffiċjali diplomatiċi jfittxu lill-gvern Kanadiż wara li ħakmithom marda misterjuża f’Kuba

Uġigħ f’rashom, nuqqas fis-smigħ u telf tal-memorja – dawn huma xi wħud mis-sintomi li qed jesperjenzaw għadd ta’ uffiċjali diplomatiċi li kienu qed jgħixu f’Havana, f’Kuba.

Madwar 14-il persuna, inkluż il-membri tal-familja tal-membri diplomatiċi se jkunu qed itellgħu lill-gvern Kanadiż il-qorti wara li spiċċaw maħkuma minn marda misterjuża.

Huma qed jgħidu li l-gvern Kanadiż naqas milli jwissihom bil-perikli, jevakwhom u jipprovdilhom trattament.

Il-każ ġara s-sena l-oħra meta uffiċjali Kanadiżi u Amerikani ġew evakwati wara li bdew jilmentaw bi sturdament u migranji.

Skont il-vittmi, il-gvern Kanadiż naqas milli jittratta s-sitwazzjoni bħala waħda serja u żamm informazzjoni relatata mas-sigurtà u s-saħħa mistrua minflok kien trasparenti u informa lill-uffiċjali bil-verità. L-uffiċjali Kanadiżi baqgħu jintbagħtu l-Kuba minkejja t-theddida li kien għarrafhom biha l-gvern Amerikan.

Uffiċjal partikolari qal lil CBC li martu m’għadhiex li kienet. Qal li qed tinsa ħafna, mhux tisma’ sew u qed tbati bil-migranja. Qal li qed tinsa tagħmel affarijiet bażiċi.

Il-gvern Kuban ċaħad kwalunkwe involviment fl-inċident. Il-ministru tal-affrijiet barranin, Bruno Rodriguez qal li din hija kollha manipolazzjoni politika min-naħa tal-Amerika biex timmina r-relazzjonijiet bilaterali li hemm bejniethom.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Tkompli tiżviluppa l-kwistjoni tal-immigranti abbord il-vapur Open Arms. Fl-aħħar sigħat tniżżlu Lampedusa s-27 immigrant taħt l-età wara li l-Ministru tal-Intern Taljan Matteo Salvini ta l-approvazzjoni li dawn jiddaħħlu l-Italja. Iżjed…

Barranin

Uffiċjal tas-sigurtà f’ajruport fi New York tkeċċiet mix-xogħol wara li tat nota lil passiġġier li fiha kien hemm miktub “Int ikrah”. Il-każ li seħħ f’Ġunju fi Greater Rochester International Airport. Il-filmat,…

Barranin

Raġel li raqad fuq saqqu li jintefaħ sab ruħu għadd ta’ kilometri ‘l bogħod fl-Istrett ta’ Messina, il-fliegu ta’ bejn l-Italja u Sqallija. Wara tfittxija ta’ disa’ sigħat, ir-raġel minn Reggio…

Barranin

Tkompli għaddejja l-kontroversja dwar il-vapur taż-żejt Iranjan li kien ilu miżmum minn Ġibiltà minn Lulju minħabba suspetti li kien qed iġorr iż-żejt lejn is-Sirja. Il-vapur issa telaq minn Ġibiltà minkejja…

Aktar